OMMNA MARIJA
Ittra marjana ta' kull xahrejn
maħruġa mill-kumitat djoċesan
tal-madonna ta' fatima
malta
Nru. 100 Mejju — Ġunju 2007
__________________________________________________________________________________________
Din hi okkażżjoni ta’ ferħ u ringrazzjament lil Alla u lil Ommna Marija: hija l-mitt darba li qed taslilkom din l-Ittra Marjana. Bdejna f’Settembru tal-1990 u qatt ma bsarna li se naslu sa hawn; iżda kull xahrejn tikber il-fiduċja fl-għajnuna t’Ommna Marija u l-Ittra terġa’ tasal għandkom. Nixtiequ, u se nippruvaw inkomplu niltaqgħu magħkom permezz tal-kelma miktuba għax nafdaw fi l-Ħniena Divina u fl -interċessjoni tal-Madonna quddiem Alla Missierna. Il-Providenza Divina wasslitna, u hi se tkompli tmexxina. Hija aħbar sabiħa u tajba li nippruvaw inwasslulkom: Alla jħobbna u jrid jarana salvi minn issa; l-Madonna tħarisna u tgħinna.
Fl-ewwel Ittra kont għedtilkom li rridu nżommu ħajja fostna d-devozzjoni tar-Rużarju biex nagħtu ġieħ u glorja lil Alla u lill-Ommna Marija. Dix-xewqa għada f’qalbna, u l-bżonn li din id-devozzjoni tkompli tikber għadu jmexxina. Din hija x-xewqa ta’ Marija, Reġina tar-Rużarju ta’ Fatima, u hija l-għajta tagħna lilkom ilkoll, u lill-Maltin kollha li tiġi f’idejhom din l-Ittra. Jekk fil-bidu kienet il-kelma tal-Papa Ġwanni Pawlu II li qanqlitna, issa hija l-kelma ħelwa u għarfa ta’ Benedittu XVI li ma tħalliniex noqgħodu lura milli nkomplu dan l-appostolat qaddis.
Induru lejkom mill-ġdid u nitolbukom tgħinu biex din l-Ittra tkompli tasal għand eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin. Il-ġenerożità kbira tagħkom kienet il-mutur li mexxiena s’issa, u din il-ġenerożità trid tikber b’ritmu qawwi. Għinuna ħalli bil-għajnuna t’Alla u ta’ Ommna Marija nibqgħu niltaqgħu magħkom kull xahrejn. Il-Madonna tbierek din il-ħidma u l-qalb ġeneruża tagħkom.
Dun Alwig Deguara
(Lq. 1, 26-38)
Marija hija verġni. Fil-lingwaġġ bibliku l-verġinita tfisser qabel xejn il-fededltà lejn Alla. Marija mhix se tgħati każ ta’ ilħna u tħajjir ieħor, iżda biss ta’ l-anġlu t’Alla. L-eżistenza u l-ħajja kollha tagħha se tkun tiddependi fuq Alla, hi se tkun immexxija mill-kelma tiegħu.
Din hi l-ħtieġa bażika għal dawk kollha li jixtiequ jsibu r-rieda t’Alla. Alla jurina r-rieda tiegħu permezz ta’ sinjali jew persuni. Bħal Marija rridu inkunu fidili f’kollox u ghal kollox lejn Alla. Ħajjitna trid tiddependi u tkun immexxijja minnu u l-Kelma tiegħu.
“Ara, jien l-qaddejja tal-Mulej”. Marija tintelaq b’għajnejha magħluqa għall-ġejjieni li ma tifhmux u li m’għandhiex kontroll fuqu, u mingħajr m’għandha l-ħadd biex imexxija u jwieġeb għall-mistoqsijiet tagħha, għall-misteru t’Alla li ma tistax tifhmu, mingħajr l-ebda assigurazzjoni ħlief lil Alla innifsu l-kelma tiegħu.
“Ħa jsir minni skond kelmtek”. Il-kelma t’Alla waslitilha permezz tal-messaġġ tal-anġlu. Alla jkompli jkellimha fl -istadji lkollha ta’ ħajjitha. Il-kelma ta’ ubbidjenza tagħha hi għal kollox. Iżda issir iktar profonda u għanja hekk kif il-ġrajjiet ta’ ħajjitha jseħħu: iż-żwieġ tagħha ma’ Ġużeppi - t-twelid tat-tifel - is-snin f’Nazaret - it-tluq ta’ Ġesu - l-agunija ta˙tis-salib - il-ferħ tal-Iben Irxoxt. F’dawn il-ġrajjiet kollha l-’fi at’ tagħha mhux biss hu mtenni iżda ppruvat u mwettaq sakemm ħajjitha u mħabbitha jitħalltu mal-glorja ta’ Binha.
Hekk l-impenji tagħna huma telqa kontinwa f’idejn Alla matul il-kors ta’ ħajjitna. Ħadd ma jaf x’jimplikaw għalih il-wegħdiet tal-magħmudija, u l-wegħdiet l-oħra marbutin mal-vokazzjoni tal-istat. Kull għotja personali lil Alla trid tkun imwettqa fl -iżvilupp dejjem għaddej ta’ ħajjitna.
Il-laqgħa ma’ Kristu tibdilna. L-effett huwa dinamiku. “Marija qamet u telqet bil-għaġġla”. Qisha mingħajr sabar. Riedet tmur biex tgħin lil Eliżabetta. L-istess ħeġġa narawha fi d-dixxipli ta’ Emmaws - kien diġa dalam, iżda ma kellhomx sabar - dak il-ħin stess qamu u marru Ġerusalemm biex jagħtu l-aħbar lid-dixxipli l-oħra. Il-laqgħa ma’ Kristu ma tħalliniex kwieti, u ġġagħlna nkunu attivi. Nieħdu sehem fi r-rigal ta’ Alla.
(Lq. 1, 39-45)
Fiż-żjara lil Eliżabetta joħroġ is-sinifikat tat-Tħabbira.
“Marija qamet u telqet bil-għaġġla”: Marija tidħol fi l-missjoni ta’ Ġesu nniffsu. L-imħabba t’Alla tinsab fid-dinja, permezz tal-għajnuna u l-qadi. “Hija sellmet lil Eliżabetta”: Fejn il-bnedmin imissu ma’ Alla il-laqgħa tagħhom tieħu tifsira ġdida. Il-kuntatti umani jsiru kanali tal-ħidma t’Alla; sempliċi tislima jkollha effett ġdid. (ara it-tislim fl -ittri ta’ Pawlu).
“Eliżabetta imtliet bl-Ispirtu s-Santu”: Fil-komunità ġdida ta’ dawk li jemmnu l-ħajja tinqasam ma’ l-oħrajn, tinbidel.
“Imbierka inti fost in-nisa”: r-rwol ta’ Marija fil-pjan tas-salvazzjoni huwa dak ta’ mara. Hija verġni, miżżewġa, omm fir-relazzjoni tagħha ma’ Alla. Marija tifhem il-kobor tassew u l-qofol tal-mara.
“Imbierka dik li emmnet”: Il-kobor ta’ Marija m’huwiex imsejjes fuq il-maternità fiżika tagħha, iżda fuq il-fidi tagħha.
“Se jseħħ˙ kull ma ntqalilha”: l-ġejjieni tagħha jinsab f’idejn Alla; huwa biss hu l-garanzija li jseħħ.
(Lq. 1, 46-55)
Ir-rigal ta’ Alla jsir, fil-qalb ta’ Marija, innu ta’ tifħir li jiġbor it-temi kbar tal-Vanġelu ta’ Luqa.
“Ruħi tfaħħar lil Mulej”: Il-ħidma feddejja t’Alla tidwi fi l-qalb ta’ Marija. Il-kontemplazzjoni tagħha tikkonsisti filli tiltaqa’ ma’ Alla l-feddej f’għemilu u tfaħħar imħabbtu.
“Kull nisel għad isejjaħli ħienja”: Dan hu l-kobor t’Alla, li l-ħlejqa li tiltaqa’ miegħu ma tiġix imċekkna bil-majesta tiegħu iżda titgħolla biex taqsam miegħu fi l-glorja.
“Qaddis hu ismu”: Filwaqt li jiġbed lill-ħlejjaq lejh innifsu, Alla ma jitlef xejn mill-qdusija infinita tiegħu. Fir-relazzjoni intima tagħha ma’ Alla, Marija tinkina quddiem il-qdusija tiegħu.
“Huwa wera l-qawwa ta’ driegħu”: Tibda s-saltna t’Alla; billi tgħolli ċċkejknin, u timla bil-ġid lill-imġewwħin. L-Aħbar it-Tajba tasal għand il-foqra; iżda dawk li jserrħu rashom f’qawwiethom u f’ġidhom materjali, jitferrxu u jibqgħu bil-ġuħ.
“Bħalma wiegħed lill-Missirijietna”: Fil-ħidma tal-fidwa jitwettqu lwegħdiet tal-qedem: Allu hu fidil. Allu hu dejjem preżenti fid-dinja, “min-nisel għal nisel”.
Is-sejħa u t-tama tagħna f’Alla huma minsuġin fil-ġrajja ta’ fedeltà t’Alla li tibda bil-ħolqien u li tibqa sa l-aħħar. Aħna nistgħu nitgħallmu l-fidi vera mingħand Marija.
mill-kitba ta’ San Alwiġ M. De Montfort
Marija rċeviet minn għand Alla ħakma kbira fuq ir-ruħ tal-magħżulin. Meta Alla ta lil Marija s-setgħa fuq Ibnu naturali u waħdieni, huwa taha wkoll setgħa fuq l-ulied adottivi tiegħu. Kif Ġesu hu s-Sultan tas-Sema u ta’ l-art, hekk ukoll Marija hija s-sultana tas-Sema u ta’ l-art permezz tal-grazzja.
Is-Saltna ta’ Ġesu Kristu hi fuq kollox fil-qlub jew fil-ħajja interjuri tal-bnedmin. Hekk is-saltna tal-Verġni Mqaddsa hi fir-ruħ tal-bniedem. Għalhekk, mal-Qaddisin insejħulha s-sultana ta’ qlubna.
Bħalma Marija kienet meħtieġa għal Alla, biex tana lil Ibnu, hekk hi aktar meħtieġa għall-bnedmin biex jilħqu l-iskop ta’ ħajjithom. Għalhekk, m’għandniex inqabblu d-devozzjoni lejn il-Madonna mad-devozzjoni lejn il-qaddisin l-oħra, bħallikieku d-devozzjoni lejn Marija ma kenitx iżjed meħtieġa jew bħallikieku kienet xi ħaġa li nistgħu ma nagħżluhiex, għall-ħajja tagħna spiritwali.
Is-Santi Padri u ħafna qaddisin oħra wrew illi d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għas-salvazzjoni. Dawn urew ukoll li n-nuqqas ta’ qima u mħabba lejha hu sinjal infallibli ta’ telfien.
Li tkun tassew devot ta’ Marija u tqimha huwa sinjal ċert tal-predestinazzjoni. San Ġwann Damaxxenu jgħidilha: “Li tkun devot tiegħek, O Verġni Mqaddsa, hi arma ta’ salvazzjoni li Alla jagħti lil dawk li jrid isalva”. San Franġisk, waqt estasi, lemaħ sellum kbir li jasal sas-sema, li fit-tarf kien hemm il-Verġni Mbierka u fehem li kien meħtieħ li jitilgħu biex jasal sas-sema. San Duminku, meta kien ħdejn Carcassonne jippriedka r-Rużarju, iltaqa’ ma’ wieħed eretiku żvinturat, li ruħu kienet maħkuma minn ħmistax-il elf xitan, li bi kmand tal-Madonna, kienu obbligati jistqarru, xi veritajiet kbar u ta’ faraġ fuq id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka.
La darba d-devozzjoni lejn il-Madonna hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw, kemm hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali. Ħadd ma jista’ jikseb għaqda sħiħa mas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, u fedeltà perfetta lejn l-Ispirtu s-Santu, mingħajr għaqda profonda mal-Verġni Mbierka u dipendenza kbira fuq l-għajnuna tagħha.
Marija biss sabet grazzja quddiem Alla, mingħajr l-għajnuna ta’ kreatura oħra. Il-bnedmin l-oħra kollha, li f’xi żmien jogħġbu lil Alla, sabu grazzja quddiem Alla, permezz ta’ Marija.
Marija kienet mimlija bil-grazzja meta sellmilha l-Arkanġlu Gabriel, u tkattret bil-grazzja meta niżel fuqha l-Ispirtu s-Santu bil-peżenza bla tarf tiegħu. Marija tant kabbret dawn iż-żewġ miljiet ta’ grazzja, minn ġurnata għall-oħra, u minn mument għall-ieħor, u tant laħqet grad bil-wisq għoli ta’ grazzja, illi Alla għamilha t-teżorriera waħdanija tal-għana tiegħu, u ħalla f’idejha biss it-tqassim tal-grazzji tiegħu. B’hekk Marija tista’ tagħni bil-grazzji u tmexxi lil min tagħżel hi mit-triq id-dejqa li twassal għas-sema. Marija tħares il-passi tagħhom, f’nofs il-perikli, u tagħti lill-magħżulin tagħha t-tron, ix-xettru u l-kuruna tas-Sultan tas-Sema.
Alla ta l-imfietaħ tal-ħażna ta’ l-Imħabba Divina lil Marija biss. Permezz ta’ Marija biss, il-bnedmin li jogħġbuha jistgħu jimxu fil-paċi ma’ Alla; u jsibu kenn bla biża’, kontra l-għedewwa tagħhom, biex tgħinhom isiru qaddisin. San Bernard jgħid li l-ikbar qaddisin, l-erwieħ l-iktar għonja bil-grazzji u bil-virtujiet, issib li huma l-iktar perseveranti fit-talb lill-Madonna, u jżommuha dejjem quddiem għajnejhom, bħala l-mudell perfett li għandhom jimitaw u bħala l-aqwa għajnuna biex tħarishom u tgħinhom.
Dawn l-affarijeit kollha jiġru, b’mod speċjali fl -aħħar tad-dinja. Permezz tal-Madonna, Alla se jagħti lid-dinja, qaddisin kbar li jisbqu fil-qdusija, lill-parti l-kbira tal-qaddisin l-oħra. San Vinċenz Ferreri jgħid li dawn il-ġganti ta’ qdusija, mimlija bil-grazzja u żelu jkunu magħżulin biex jieqfu lill-għedewwa t’Alla li qed jiġġerrew ma’ kulimkien. Huma jkollhom devozzjoni waħdanija lejn il-Madonna, mdawlin minnha, mmexxija mill-ispirtu tagħha, imsaħħin bil-qawwa tagħha u mħarsa taħt il-kenn tagħha. B’id waħda huma jiġġieldu u bl-oħra jibnu. Huma jissieltu, jegħlbu, jeqirdu u jisħqu l-eretiċi bl-ereżiji tagħhom, ix-xiżmatiċi bix-xiżmi tagħhom, l-idolatri bl-allat foloz tagħhom u l-midinbin bid-dnubiet tagħhom. Bi kliemhom u bl-eżempju tagħhom jiġbdu ħafna nies għal din il-vera devozzjoni, ġrajja li ġġibilhom ħafna għedewwa, imma iġġibilhom ukoll teżor ta’ rebħiet u glorja għal Alla waħdu.
Marija hija l-belt t’Alla, li ’l bnedmin għad iduru magħha fl-aħħar tad-dinja biex jikkonvertu u jaqtgħu l-ġuħ tagħhom għall-ġustizzja. Il-fi dwa tad-dinja bdiet permezz ta’ Marija u hekk ukoll għad tkun mitmuma permezz ta’ Marija.
Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, l-bnedmin ma kinux għadhom mgħallma u mdawwla fuq il-Persuna ta’ l-Iben; u Marija ma tantx kellha prominenza minħabba s-sbuħija li Alla xeħet fuqha, biex il-bnedmin ma jitbegħdux iżjed minn Kristu, bix-xewqa u l-ġibda umana tagħhom lejn Marija. Dan seta’ jiġri għax kif jgħid San Dijonisju l-Areopaġita, meta hu ra lill-Madonna kien jaħsibha xi alla, minħabba d-dija ta’ ġmiel u sbuħija tagħha, li kieku l-fidi ma kenitx għallmitu xort’oħra.
Madankollu, fit-tieni miġja ta’ Ġesù Kristu, Marija se tkun imħabbra u murija mill-Ispirtu s-Santu biex permezz tagħha, Ġesù Kristu jkun magħruf, maħbub u moqdi. Ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet li ġegħlu lill-Ispirtu s-Santu jaħbi l-Għarusa tiegħu, matul ħajjitha fuq l-art u tissemma ftit fl-ewwel xandir tal-Vanġelu. Bl-umiltà kbira tagħha, Marija tant inħbiet u iċċekknet, li qalgħet mingħand Alla, mill-Appostli u mill-Evanġelisti tiegħu li ma tkunx mgħarrfa lid-dinja. Għalhekk, f’dawn l-aħħar żminijiet, Alla jrid jgħarraf u juri lil Marija. Billi Marija hi l-aqwa ħolqien t’Alla kemm fl-art bil-grazzja, kif ukoll fis-sema bil-glorja, Alla jrid li hi tingħata ġieħ u tkun imfaħħra fuq l-art mill-bnedmin.
Ladarba Marija, hi ż-żernieq ta’ fil-għodu, li jiġi qabel u jħabbar ix-Xemx tal-Ġustizzja: Ġesù Kristu, jixraq li Marija tkun magħrufa u tidher biex permezz tagħha l-bnedmin jistgħu jagħrfu lil Kristu.
Bħalma fl-ewwel miġja tiegħu fostna, Ġesù Kristu ġie permezz ta’ Marija, hekk meta Hu jiġi t-tieni darba hi għad tkun dik it-triq, għalkemm b’mod differenti. Marija hi l-mezz żgur u t-triq dritta u safja, li twassalna għand Kristu. F’dawk l-aħħar jiem, l-erwieħ iddestinati għall-qdusija perfetta, jsibu lil Kristu permezz ta’ Marija. Min isib lil Marija jsib il-ħajja, jiġifieri jsib lil Ġesù Kristu, li Hu t-Triq, l-Verità u l-Ħajja. Imma min ma jfittixhiex ma jistax isibha. Lanqas ma jfittixha min ma jafhiex, għax ħadd ma jfittex jew jixtieq ħaġa li ma jafx biha. Għalhekk, Marija għandha tkun magħrufa aktar minn qabel, għal akbar għarfien u glorja tat-Trinità Qaddisa.
mill-kitba ta’ San Alfons Maria de Liguori
Id-devozzjoni tar-Rużarju mqaddes kien irrivelat lil San Duminku mill-Omm divina nnifisha, fi żmien meta l-qaddis kien imħabbat, u jitniegħed, mas-Sultana tiegħu, minħabba leretiċi Albiġiżi, li f’dak iż-żmien kienu qegħdin jagħmlu ħsara kbira lill-Knisja. Il-Verġni Mbierka qalet lil San Duminku: “Din l-art se tibqa’ dejjem bla frott sakemm tinżel ix-xita fuqha.” San Duminku mbagħ˙ad fehem li din ix-xita kienet id-devozzjoni tar-Rużarju, li hu kellu jxerred. Dan, il-qaddis għamlu tassew, u r-Rużarju ġie imħaddan mill-Kattoliċi kollha. Tant hu hekk, li sal-lum, m’hemm l-ebda devozzjoni daqshekk ipprattikata, minn kull klassi tal-fidili, daqs dik tar-Rużarju.
X’kien hemm li, eretiċi bħal Kalvinu, Bucer, u oħrajn, ma qalux biex jitfgħu dell ikrah fuq l-użu taż-żibeġ? Iżda l-ġid immens li din id-devozzjoni nobbli għamlet lid-dinja hu magħruf sewwa. Kemm nies, li b’dal-mezz, kienu meħlusin mid-dnub! Kemm bnedmin għexu ħajja qaddisa! Kemm bnedmin għenhom jagħmlu mewta tajba, u issa huma salvi! Biex nikkonvinċu ruħna minn dan, biżżejjed naqraw il-kotba li jitkellmu fuq dan is-suġġett. Biżżejjjed inkunu nafu li din id-devozzjoni kienet approvata mill-Knisja u li l-Papiet għanewha b’indulġenzi.
Ir-Rużarju wkoll għandu jingħad bid-devozzjoni; u hawn nistgħu nfakkru dak li l-Verġni Mbierka qalet lil Santa Eulalia, “li hi kienet iktar kuntenta b’ħames posti li jingħadu bil-mod u bid-devozzjoni milli bi ħmistax li jingħadu bil-għaġġla u bi ftit devozzjoni.” Għalhekk, tajjeb li ngħidu r-Rużarju għarkuptejna, quddiem xi xbieha ta’ Marija; u qabel kull posta, nagħmlu att ta’ mħabba lil Ġesù u lil Marija, u nitolbuhom xi grazzja partikulari. Aħjar ukoll li ngħiduh ma’ oħrajn mill ngħiduh waħedna.
Flimkien mar-Rużarju, l-Madonna tifraħ l-iktar bil-Magnificat; għaliex bih aħna nfaħħruha bl-istess kliem li hi stess faħħret lil Alla. Jgħoġbuha wkoll: l-uffiċċju ż-żgħir tal-Verġni Mbierka, l-innu, “O Kewkba tal-Baħar”, u l-Litanija ta’ Loreto, li min jgħidha kull jum, jirbaħ indulġenza plenarja fi l-ħames festi prinċipali ta’ Marija, - t-Tnissil Bla Tebgħa, t-Twelid, it-Tħabbira, l-Purifikazzjoni, u l-Assunzjoni.