OM 091 Novembru-Diċembru 2005

OMMNA MARIJA

Ittra marjana ta' kull xahrejn

maħruġa mill-kumitat djoċesan

tal-madonna ta' fatima

malta

Nru. 91 Novembru — Diċembru 2005

_______________________________________________________________________________________________________

Benedittu XVI ifakkar fl-appell tal-Madonna

minn “Fatima Luz e Paz” Nru. 6

Fl-4 ta’ Ġunju, il-Festa tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, x-Xbieha Pellegrina tal-Madonna ta’ Fatima kienet tinsab fi l-Vatikan.

Fi tmiem l-Att ta’ Konsagrazzjoni l-folla laqgħet il-Pellegrina tas-Sema bil-kant imqanqal tal-“Ave de Fatima” akkompanjat bit-tixjir tradizzjonali (t-tislima bit-tixjir tal-imkatar) waqt li x-Xbieha għaddiet trijonfalment, u ħarġet mill-Bażilka biex tmur fi d-diversi djoċisijiet ta’ l-Italja. Dan fakkarna fil-figura qatt minsija tal-Papa Ġwanni Pawlu II u r-rabta mal-Madonna u l-appell kostanti tiegħu biex nitolbu r-Rużarju.

L-għada, fi l-5 ta’ Ġunju, waqt it-talba ta’ l-Angelus il-Papa Benedittu XVI semma l-inizjattiva tiegħu, billi qal lill-pellegrini li kienu Ruma li “l qalb li tixbah lil dik ta’ Kristu iktar minn xi oħra hija mingħajr dubju l-Qalb ta’ Marija, Ommu Bla Tebgħa, u għal din l-istess raġuni l-liturġija tgħollihom fl imkien għal qima tagħna. Bi tweġiba għall-istedina tal-Verġni ġewwa Fatima, ejjew nafdaw id-dinja kollha lill-Qalb Bla Tebgħa Tagħha, li aħna kkontemp lajna l-bieraħ, sabiex nistgħu nġarrbu l-imħabba kollha ħniena ta’ Alla u ngħarfu l-vera paċi.”

Il-Pontifikat ta’ Benedittu XVI merħi f’idejn il-Madonna

Minn “Fatima Luz e Paz” Nru. 6

Waħda mill-akbar turija ta’ mħabba u għaqda mal-figura tal-Papa seħħet f’għeluq it-88 sena mill-ewwel dehra tal-Madonna lil Luċija, Franġisku u Ġaċinta, meta eluf ta’ pellegrini, mmexxija mill-Kardinal Patriarka ta’ Lisbona, inġabru fi l-Cova da Iria fl -ewwel pellegrinaġġ internazzjonali fit-13 ta’ Mejju 2005.

Waqt it-talb kien infakkar il-Papa Ġwanni Pawlu II u l-pellegrini enfasizzaw ir-rabta tagħhom mal-Papa l-ġdid Benedittu XVI. Il-Kardinal Mons. Jose Da Cruz Policarpo fada l-pontifikat tal-Papa l-ġdid lill-Verġni. Matul l-omelija huwa qal: “Illum qed inwettaq il-wegħda li għamilt lill-Qdusija Tiegħu Benedittu XVI. Meta fl-għeluq tal-Konklavi, meta kien imiss lili li nifraħlu u nwiegħdu l-għaqda u l-ubbijenza, l-Papa qabadli jdejja u kellimni dwar Fatima. U jien wegħdtu – u hu irringrazzjani – li fit-13 ta’ Mejju li ġej se mmur (ġo Fatima) biex inqiegħed f’riġlejn il-Madonna l-Pontifikat tiegħu. Hawnhekk jien qiegħed inżomm il-wegħda, mhux biss b’rispett, iżda wkoll b’viżjoni pastorali realistika kbira tal-missjoni tal-Knisja fid-dinja tal-lum. Għalhekk nitlobkom ilkoll biex tagħmlu bħali bil-fidi u l-imħabba u toffru lil Marija l-Pontifikat li qed jibda issa … u kontinwament nibqgħu magħqudin miegħu u nitolbu għalih.”

Fil-messaġġ għall-okkażjoni, l-Papa wera l-apprezzament kbir tiegħu “għall-att ta’ qima u s-sentimenti ta’ għaqda u rispett murija lejn is-Sede Appostolika, billi kienu offruti talb u sagrifiċċji biex iqawwu l-ministeru Petrin tar-Ragħaj il-ġdid, li jħoss ġibda speċjali lejn il-priċipju ġenerali li San Benedittu ta bħala regola lil irħieb tiegħu: “L-ebda ħaġa, assulutament l-ebda ħaġa, tqiegħdu qabel Kristu” (Regola, 72,11; ara 4,21). Dan isejħilna biex inżommu lil Kristu bħala ċ-ċentru ta’ ħajjitna. ...”

DEHRIET TA’ GWERRA MILL-B. ĠAĊINTA

minn “Fatima in Lucia’s own words”

Darba, Luċija marret id-dar ta’ Ġaċinta, waqt il-marda tagħha, biex tgħaddi ftit tal-ħin magħha. Sabitha bil-qiegħda fuq sodditha, imħassba ħafna, u staqsietha: “Ġaċinta, fuq x’hiex qed taħseb?”

Ġaċinta weġbitha: “Fuq il-gwerra li ġejja. Tant nies se jmutu, u kważi kollha sejrin l-infern! Ħafna djar se jinqerdu, u ħafna qassisin se jinqatlu. Ara, jien sejra l-ġenna, u int, meta tara d-dawl li s-Sinjura qaltilna li se jkun hawn f’xi lejl qabel il-gwerra, int iġri hemm fuq ukoll.”

Luċija wġbitha: “Ma tarax li ħadd ma jista’ jaqbad u jmur jiġri lejn il ġenna!”

Ġaċinta qaltilha: “Hekk hu, ma tistax! Iżda tibżgħax! Fil-ġenna se nkun nitlob ħafna għalik, għall-Papa, għall-Portugal, sabiex il-gwerra ma tiġix hawn, u għall-qassisin kollha.”

Ftit snin wara (matul il-lejl ta’ bejn il-25 u s-26 ta’ Jannar 1938), Alla wera sinjal, li l-astronomi għażlu li jsejħulu aurora borealis (is-sinjal mogħti minn Alla biex iħabbar li l-gwerra kienet fil-qrib). Iżda Luċija taħseb li kieku nvestigaw dil-ħaġa, huma kienu jsibu li, l-forma kif dehret, ma setgħetx kienet aurora borealis. Hu x’inhu, Alla uża din biex Luċija tifhem li l-ġustizzja tiegħu kienet waslet biex tolqot lin-nazzjonijiet ħatja. Għal din ir-raġuni, Luċija bdiet titlob bla waqfien għat-Tqarbina ta’ Tpattija fl-Ewwel Sibtijiet, u l-konsagrazzjoni tar-Russja. Il-ħsieb tagħha kien li tikseb ħniena u maħfra, mhux biss għad-dinja kollha, iżda partikularment għall-Ewropa. Meta Alla fil-ħniena tiegħu bla tarf, ġiegħel lil Luċija tħoss li l-waqt terribbli kien qed joqrob, hija kienet taħtaf kull okkażżjoni li tiġiha biex turi dan.

Daħla għall-Messaġġ ta’ Fatima

mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi

(Jaqbad ma’ l-aħħar ħarġa)

Il-Papa mbagħad kompla b’aktar saħħa u b’riferenzi aktar speċifiċi, qisu qed jikkummenta fuq il-Messaġġ ta’ Fatima fit-twettieq imnikket tiegħu:

Ħares, waqt li ninsabu quddiemek, Omm Kristu, quddiem Qalbek Bla Tebgħa, nixtiequ, flimkien mal-Knisja kollha, ningħaqdu mal-konsagrazzjoni li, għal imħabba tagħna, Ibnek għamel minnu nnifsu lill-Missier: “Minħabba fihom”, qal, “nikkonsagra lili nnifsi sabiex huma wkoll ikunu kkonsagrati fis-sewwa” (Ġw 17:19). Nixtiequ ningħaqdu mal-Feddej tagħna f’dil-konsagrazzjoni tiegħu għad-dinja u għan-nisel uman, li, fil Qalb divina tiegħu, għandu l-qawwa jaqla’ l-maħfra u jikseb t-tpattija ...

Il-qawwa ta’ dil-konsagrazzjoni ddum għaż-żminijiet kollha u tħaddan l-individwi, l-popli u n-nazzjonijiet kollha. Hija tegħleb kull ħażen li l ispirtu tad-dlam għandu l-ħila jqajjem, u fil-fatt qajjem fi żminijietna, f’qalb il-bniedem u fl-istorja tiegħu.

Kemm inħossu mill-fond il-ħtieġa tal-konsagrazzjoni tal-umanità u tad-dinja – d-dinja modera tagħna – f’għaqda ma’ Kristu nnifsu! Għax il ħidma fejjieda ta’ Kristu għandu jkollha sehem minnha d-dinja permezz tal-Knisja.

Din is-Sena tal-Fidwa turi dan: il-ġublew speċjali tal-Knisja kollha.

Iktar mill-ħlejjaq kollha, tkun imbierka, int, il-Qaddejja tal-Mulej, li bl-iktar mod sħiħ obdejt is-sejħa divina!

Sliem għalik, li int għal kollox magħquda mal-konsagrazzjoni feddejja ta’ Ibnek!

Omm il-Knisja! Dawwal il-Poplu ta’ Alla matul it-triqat tal-fidi, tat-tama, u tal-imħabba!

Dawwal speċjalment il-popli li l-konsagrazzjoni u l-għotja tagħhom qed tistenniha minna.

Għinna ngħixu fis-sewwa tal-konsagrazzjoni ta’ Kristu għall-familja kollha tal-bnedmin tad-dinja moderna.

Waqt li nafdawlek, Ja Omm, id-dinja, l-individwi u l-popli kollha, nafdawlek ukoll din il-konsagrazzjoni nfisha tad-dinja, waqt li nqegħduha f’Qalbek ta’ Omm.

Qalb Bla Tebgħa! Għinna nirbħu t-theddid tal-ħażen, li malajr irabbi l-għeruq fi qlub in-nies tal-lum, u li l-effetti bla qies tagħhom diġà qegħdin jagħfsu l-isfel fuq id-dinja moderna tagħna u qishom qegħdin jagħlqu t-toroq lejn il-ġejjieni!

Mill-ġuħ u l-gwerra, eħlisna.

Mill-gwerra nukleari, mill-qerda tagħna nfusna li ma titqiesx, minn kull għamla ta’ gwerra, eħlisna.

Mid-dnubiet kontra l-ħajja tal-bniedem mill-bidunett tagħha, eħlisna.

Mill-mibgħeda u mit-tkasbir tad-drittijiet ta’ l-ulied ta’ Alla, eħlisna.

Minn kull għamla ta’ nġustizzja fil-ħajja tas-soċjetà, kemm nazzjonali u kif ukoll internazzjonali, eħlisna.

Mill-ħeffa li ngħaffġu fuq il-kmandamenti ta’ Alla, eħlisna.

Mill-attentati li noħonqu fi l-qlub tal-bnedmin l-istess verità ta’ Alla, eħlisna.

Mit-telf ta’ għarfien tat-tajjeb u l-ħażin, eħlisna.

Mid-dnubiet kontra l-Ispirtu s-Santu, eħlisna, eħlisna.

Ilqa’, Ja Omm Kristu, din il-karba mgħobbija bit-tbatijiet ta’ l-individwi umani kollha mgħobbijin bit-tbatijiet tas-soċjetajiet kollha.

Għinna bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex negħlbu kull dnub: id-dnub individwali u d-‘dnub tad-dinja’, d-dnub fis-suriet kollha tiegħu.

Ħalli, għal darb oħra, fl-istorja tad-dinja tintwera l-qawwa fejjieda bla tarf tal-Fidwa: il-qawwa tal-Imħabba ħanina!

Ħalli twaqqaf il-ħażen!

Ħalli tbiddel il-kuxjenzi!

Ħalli l-Qalb Bla Tebgħa tiegħek tikxef għal kulħadd id-dawl tat-Tama!”

Swor Luċija kkonfermat personalment li dan l-att ta’ konsagrazzjoni solenni u universali jaqbel ma’ dak li xtaqet il-Madonna (“Iva saret eżatt kif talbet il-Madonna, fil-25 ta’ Marzu 1984”: Ittra tat-8 ta’ Novembru 1989). Għalhekk kull diskussjoni jew talba oħra hija bla bażi. …..

F’ittra lill-Papa, datata 12 ta’ Mejju 1982, Swor Luċija kienet diġa tat ħjiel kif jitfsser it-tielet parti tas-“sigriet”:

“It-tielet parti tas-sigriet jirreferi għall-kliem il-Madonna: “jekk le (ir Russja) tferrex l-iżbalji tagħha ma’ kullimkien fid-dinja, li jqajjmu gwerer u persekuzzjonijiet tal-Knisja. It-tajbin imutu martri: l-Papa jkollu jbati ħafna; diversi nazzjonijiet jixxejjnu’ (13 ta’ Lulju 1917).

It-tielet parti tas-sigriet hi rivelazzjoni simbolika, tirreferi għal din il-parti tal-Messaġġ, ikkundizzjonat minn jekk naċċettawx jew le dak li l-Messaġġ innifsu jitlob minna: “Jekk it-talbiet tiegħi jiġu milqugħa, r Russja tikkonverti, u jkun hemm il-paċi; jekk le, hi tferrex l-iżbalji tagħha kullimkien fid-dinja, eċċ,’.

La ma tajniex każ din is-sejħa tal-Messaġġ, naraw li kien imwettaq, ir Russja invadiet id-dinja bl-iżbalji tagħha. U jekk għadna ma rajniex it twettieq għal kollox ta’ l-aħħar parti ta’ din il-profezija, resqin lejha bil-mod il-mod b’passi kbar. Jekk ma niċħdux it-triq tad-dnub, tal-mibgħeda, tal-vendetta, tal-inġustizzja, tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-persuna umana, tal-immoralità u tal-vjolenza, eċċ.

Ejjew ma ngħidux li Alla hu li qed jikkastigana b’dal-mod; bil-maqlub huma n-nies nfushom li qed iħejju l-kastig tagħhom infushom. Fi tjubitu Alla jwissina u jsejħilna għat-triq it-tajba, fil-waqt li jirrispetta l-ħelsien li kien tana hu; għalhekk in-nies huma responsabbli’.

Id-deċiżjoni tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II li jxandar it tielet parti tas-“sigriet” ta’ Fatima jġib fi tmiemu żmien ta’ storja mmarkat bil-kilba traġika għall-poter u għall-ħażen, madankollu mimli bl-imħabba ħanina ta’ Alla u l-ħarsien attent tal-Omm ta’ Ġesù u tal-Knisja.

Il-ħidma ta’ Alla, l-Mulej ta’ l-istorja, u l-ko-responsabiltà tal-bniedem fid-dramm tal-ħelsien krejattiv tiegħu, huma ż-żewġ pilastri li fuqhom hi mibnija l-istorja umana.

Il-Madonna, li dehret f’Fatima, tfakkar dawn il-valuri minsijin. Hi tfakkarna li l-ġejjieni tal-bniedem hu f’Alla, u li aħna sħab attivi u responsabbli fil-ħolqien ta’ dak il-ġejjieni.

Ir-Rużarju: Il-Misteri tad-Dawl

minn “Rosarium Virginis Mariae” (21)

Ngħaddu l-quddiem mit-tfulija u l-ħajja moħbija f’Nazaret għall-ħajja pubblika ta’ Ġesù, l kontemplazzjoni tagħna ġġibna għal dawk il-misteri li jistgħu jissejħu b’mod speċjali “misteri tad-dawl”. Żgur li l-misteru kollu ta’ Kristu huwa misteru ta’ dawl. Huwa hu d-“dawl tad-dinja” (Ġw 8:12). Madankollu dil-verità toħroġ b’mod speċjali matul is-snin tal-ħajja pubblika tiegħu, meta jxandar l-Evanġelju tas-Saltna. Waqt li nipproponi lill-komunità Nisranija ħames mumenti sinifikanti – misteri “mdawwlin” – matul din il-fażi tal-ħajja ta’ Kristu, naħseb li xieraq insemmi dawn li ġejjin:

  1. il-Magħmudija tiegħu fil-Ġordan,
  2. huwa juri min hu fit-tieġ ta’ Kana,
  3. it-tħabbira tiegħu tas-Saltna ta’ Alla, mas-sejħa tiegħu għall-konverżjoni,
  4. it-Trasfigurazzjoni tiegħu, u fl-aħħar,
  5. it twaqqif tiegħu tal-Ewkaristija, bħala espressjoni sagramentali tal-Misteru tal-Għid.

Kull wieħed minn dawn il-misteri huwa rivelazzjoni tas-Saltna preżenti issa fl-istess persuna ta’ Ġesù. Il-Magħmudija fil-Ġordan huwa l-ewwel wieħed minn dawn il-misteri kollha tad-dawl. Hawnhekk, waqt li Kristu jinżel fl-ilmijiet, l-innoċenti li sar “dnub” għalina (ara 2 Kor 5:21), is smewwiet jinfetħu beraħ u leħen il-Missier jiddikjarah bħala Ibnu l-għażiż (ara Mt 3:17 u paralleli), fil-waqt li l-Ispirtu jinżel fuqu biex jaħtru għall missjoni li hu għandu jwettaq.

5

Ir-Rużarju: IL-MAGĦMUDIJA FIL-ĠORDAN

L-ewwel misteru tad-Dawl

minn “Il-misteru tal-magħmudija tal-Mulej” ta’ San Massimu

Il-Mulej ġie fil-Ġordan biex jitgħammed, u fl-istess xmara ried ikun ikkonsagrat b’misteri tal-għaġeb.

Dil-ġrajja seħħet snin wara twelid Kristu. Iżda nistgħu nsejħulha milied ieħor. Infatti fl-ewwel festa l-Mulej twieled għall-bnedmin, fit-tieni waħda reġa’ twieled għas-sagramenti; f’dik twieled permezz tal-Verġni, f’din permezz tal-misteru. F’dik twieled bħala bniedem u ommu Marija laqgħetu b’għożża liema bħalha, f’din twieled skond il-misteru u Alla l-Missier ħaddnu b’leħnu u qal: Dan hu Ibni li fih sibt il-għaxqa tiegħi: isimgħu lilu. Fl-ewwel festa naraw l-omm bi ħlewwa kbira żżiegħel b’Binha f’ħoġorha, fl-oħra nisimgħu lil-Missier jagħti xhieda tajba għal Ibnu; l-omm ressqitu lill-maġi biex jadurawh, il-Missier urieh lill-ġnus biex iqimuh.

Ġesù ried li ġismu l-qaddis jinħasel bl-ilma, mhux biex jitqaddes bl-ilma, iżda biex hu stess iqaddes l-ilma, u bit-tisfija tiegħu jsaffi dak l-ilma li mess miegħu. Kristu, bil-konsagrazzjoni tiegħu, kkonsagra l-ilma. Bil-ħasil tas-Salvatur l-ilma kollu tnaddaf għall-magħmudija tagħna, u l-għajn issaffiet biex tista’ tagħti l-grazzja tal-ħasil lill-popli li kellhom jiġu wara. Kristu għadda l-ewwel wieħed mill-magħmudija biex il-popli nsara jqawwu qalbhom u jgħaddu warajh.

Misteru: l-kolonna tan-nar qasmet il-Baħar tal-Qasab qabel il-poplu, biex l-Iżraelin ma jibżgħux igħaddu huma wkoll warajha; kienet hi l-ewwel li mxiet fuq l-ilma, biex tħejji t-triq u tiftaħ mogħdija għal dawk li mxew warajha. Dil-ġrajja, kif jgħidilna l-Appostlu, kienet sinjal misterjuż tal-magħmudija. Anzi l-mogħdija mill-Baħar tal-Qasab kienet hi stess b’ċertu mod magħmudija, għax ulied Iżrael ilkoll kienu mgħammda fis-sħaba u l-baħar li minnu għaddew biex waslu n-naħa l-oħra.

Bħalma f’dak iż-żmien Kristu Sidna nnifsu għadda mill-baħar fil-kolonna tan-nar qabel l-Iżraelin, hekk issa hu, l-kolonna tagħna, bħala bniedem għadda mill-magħmudija qabel il-popli nsara. Din hi l-istess kolonna li fl-imgħoddi dawlet lil ulied Iżrael li kienu miexja warajha, u li issa timla b’dawlha qalb min jemmen; fl-imgħoddi fetħet triq niexfa f’nofs l-ilma, u issa ssaħħaħna f’mixijietna meta ngħaddu mill-ħasil ġdid bil-fidi.

WebRep

Overall rating