OMMNA MARIJA
Ittra marjana ta' kull xahrejn
maħruġa mill-kumitat djoċesan
tal-madonna ta' fatima
malta
Nru. 84 Settembru — Ottubru 2004
__________________________________________________________________________________________
Minn Omelija tal-Kardinal Saraiva Martins
Matul l-ewwel dehra, il-Madonna staqsiet lit-tlett ragħajja jekk ridux joffru lilhom infushom lil Alla u jistabru bit-tbatijiet li Alla jibgħatilhom “bi tpattija għad-dnubiet li bihom Huwa offiż u bħala talba ħerqana għall-konverżjoni tal-midinbin”.
Tikkonverti lejn Alla jfisser li ddur lejh u bħal l-iben il-ħali, terġa’ tintefa’ fi ħdan il-Missier; terġa’ tikseb l-hena mitluf, il-ferħ li tkun mifdi, xi ħaġa li ħafna nies ta’ żmienna ma jafux x’inhu. Ikollok attitudni ta’ smigħ b’imħabba għal Alla, bħal Samwel: “Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’”. Alla jkellimna mhux biss permezz tal-Bibbja u tal-Knisja, iżda wkoll bil-ġrajja, bil-ħafna episodji varji, kemm kbar jew żgħar, li jgħaġġnu ħajjitna. Jiddependi minna li nagħrfu, jew le, leħen il-Mulej f’dan kollu. Alla dejjem hekk ħadem, minn żmien it-Testment il-Qadim. Hu jirrevela lilu nnifsu u jmexxi l-Poplu tiegħu permezz tal-ġrajjiet li Hu nnifsu bagħtilna għal dan il-għan.
Iżda aħna ma nistgħux nisimgħu leħen Alla jekk mhux, Fih, u fid-dawl tal-Vanġelu. Nisimgħu wkoll leħen ħutna rġiel u nisa, l-karba tal-fqar u l-emarġinati, t-tnehid tal-maħqurin, il-biki tal-morda u ta’ qalbhom maqtugħa, hekk li dawn kollha jidwu fi qlubna u jqanqlu tweġibiet xierqa f’dak li nagħmlu. Inħossuna f’solidarjetà tassew ma’ dawn in-nies kollha u naqsmu fit-tħassib materjali u spiritwali tagħhom. Ħadd ma jista’ jibqa’ ndifferenti għall-ġuħ u lfaqar estrem li jinsabu fih miljuni ta’ rġiel, nisa u tfal.
Fit-13 ta’ Awissu, waqt li kienu sejrin fil-Cova da Iria, t-tfal inħatfu mill-amministratur tal-belt li ħadhom f’Vila Nova de Ourem, fejn żammhom maqfulin. G˙alhekk id-dehra ma seħħitx dak in-nhar, iżda seħħet il-Ħadd ta’ wara, 19 ta’ Awissu, wara li kienu ġew lura mill-ħabs.
Luċija kienet tirgħa n-nagħaġ flimkien ma’ Franġisku u ħuh Ġanni, f’post jgħidulu Valinhos, meta ħassew xi ħaġa sopranaturali riesqa u tagħlaqhom ġo fiha. Billi ħasbu li l-Madonna kienet se tidhrilhom, u kienu sogħbiena li Ġaċnta setgħet titlef id-dehra tagħha, Luċija u Franġisku talbu lil ħuha Ġanni biex imur jgħidilha tiġi. Billi hu ma riedx imur, Luċija offrietlu żewġ muniti żgħar, u hu telaq jiġri.
Sadattant, Franġisku u Luċija raw l-leħħa tad-dawl. Ġaċinta waslet, u waqt wara, raw lill-Madonna fuq is-siġra tal-ballut.
Luċija staqsietha xi trid minnha u l-Madonna weġbitha:
“Irridek tibqa’ tmur fil-Cova da Iria fit-13, u tkompli titlob ir-Rużarju kuljum. Fl-aħħar xahar, jien se nwettaq miraklu sabiex kulħadd ikun jista’ jemmen.”
Luċija staqsietha wkoll, x’riedet li jsir bil-flus li n-nies kienu jħallu fil-Cova da Iria; u l-Madonna weġbitha: “Ġiegħel li jsiru żewġ kataletti …. Wieħed għandu jinġarr minnek, Ġaċinta u żewġt ibniet oħra lebsin l-abjad; l-ieħor għandu jinġarr minn Franġisku u tlett itfal subien oħra. Il-flus mill-kataletti huma għall-“festa” tal-Madonna tar-Rużarju, u dak li jibqa’ għad jgħin għall-bini ta’ kappella li għandha tinbena hawnhekk.”
Luċija talbet għall-fejqan ta’ xi persuni morda; u l-Madonna qaltilha li se tfejjaqhom matul is-sena. Imbagħad b’bixra mnikkta ħafna, l-Madonna qalet:
“Itolbu, itolbu ħafna, u għamlu sagrifiċċji għall-midinbin; għax ħafna erwieħ imorru l-infern, għax m’hemm ħadd li jissagrifika ruħu u jitlob għalihom.”
Minn “Bulletin of the Little Shepherds” October – December 2003
Erbat ijiem wara l-attentat fuq ħajtu fit-13 ta’ Mejju 1981, il-Papa Ġwanni Pawlu II ġedded l-impenn tiegħu: “Lilek, O Marija, ntenni, Jiena Kollni tiegħek”.
Iż-żagħżugħ Karol Wojtyla iltaqa’ mall-kliem “Kollni tiegħek” ta’ San Bonaventura li kienu ngastati fid-devozzjoni nisranija permezz tal-kitbiet ta’ San Alwiġi Grignion de Montfort.
Il-Papa stqarr mal-kittieb u ġurnalist Andre Fussard li: “Il-qari ta’ dal-ktieb immarka waqt ta’bidla radikali f’ħajti. Wżajt il-kelma “bidla radikali’ għalkemm qed nirreferi għall-vjaġġ ġewwieni twil li ħabat mat-tħejjija tiegħi bil-moħbi għas-saċerdozju. Kien perċiżament f’daż-żmien li ġie f’idejja dal-ktieb li jispikka, wieħed minn dawk il-kotba li mhux biżżejjed li tkun qrajthom biss.
Niftakar li kont inġorru miegħi għal żmien twil, ukoll fil-fabrika tas-soder fejn kont naħdem, tant li l-qoxra tiegħu ittebbgħet bil-ġir. Malajr indunajt li kien hemm xi ħaġa tassew fundamentali moħbija wara l-forma barokka tal-ktieb.
Għalhekk, it-tfulija, u tassew l-adoloxxenza tiegħi, ġew mibdula f’attitudni għalkollox ġdida, devozzjoni li kibret mill-fond tal-fidi tiegħi, qisu mill-qalba tar-realtà Trinitarja u Kristoloġika nnfisha. Fejn qabel kont imħajjar naħseb li d-devozzjoni lejn Marija kienet forma ta’ lqugħ bejni u Kristu minflok passaġġ li jwassal għaliH, bis-saħħa tat-Trattat ta’ Grignion de Montfort jien fhimt li l-affarijiet, fil-fatt, kienu differenti ħafna.
Ir-relazzjoni ġewwinija tagħna ma’ l-Omm t’Alla hija konsegwenza organika tal-għaqda tagħna mal-misteru ta’ Kristu. Għalhekk, m’hemm ebda periklu li waħda tfixkel lil oħra. Bil-maqlub, il-‘vera devozzjoni’ lejn il-Verġni Mbierka ssir dejjem iktar ċra iktar ma wieħed jidħol fil-misteru ta’ Kristu, l-Kelma magħmul bniedem, u fil-misteru Trinitarju tas-salvazzjoni li hija ċċentrata fuq dan il-misteru nnifsu ta’ Kristu. Tassew, wieħed jista’ jasal biex jgħid, għal kull min jirnexxilu jsir jafu u jħobbu, huwa Kristu nnifsu li juri lill-Ommu, bħalma għamel lid-dixxiplu tiegu fuq il-Kalvarju.
Minn “Bulletin of the Little Shepherds”
Il-Mulej għaqqad il-konverżjoni tal-erwieħ mar-Rużarju. Il-Verġni Mbierka qalet lil San Duminku: “Ħallik mix-xibka l-kbira tal-kliem, għaliex il-muftieħ għall-qlub ma jinstabx fid-diskussjonijiet, iżda iktar fit-talb flimkien mal-fidi u l-fiduċja, u għallem lill-oħrajn jagħmlu l-istess!” Għalhekk San Duminku sar l-appostlu l-kbir tar-Rużarju.
Il-fidi hija l-muftieħ għall-konverżjoni umli u għat-tfittxija ta’ Alla. Il-qaddis Kurat t’Ars kien persuna oħra li qatt ma’ daħal f’diskussjonijiet. Kull ma għamel kien iqarar, jgħallem lin-nies kif jipprattikaw l-umiltà u kif jitolbu.
Il-Verġni Mbierka, f’Lourdes bħal f’Fatima, sejħet lin-nies għall-penitenza u l-konverżjoni. Kulma jeħtieġ għal dan hu preċiżament fidi tassew, ħajja, mħeġġa u mgħixa.
Fit-13 ta’ Awissu, l-Amministratur kien ħa lit-tlett ragħajja f’Vila Nova de Ourem. Luċija tgħidilna li meta huma kienu hemm fil-ħabs, huma ddeċidew li jgħidu r-Rużarju. Ġaċinta qalgħet id-domna li kienet liebsa madwar għonqa u tablet lil wieħed mill-ħabsin idendilha ma’ musmar mal-ħajt. It-tfal niżlu għarkubtejhom quddiemha, imbagħad il-ħabsin niżlu għarkubtejhom huma wkoll, u talbu r-RuΩarju magħhom.
Il-ħabsin ukoll tbaxxew quddiem din ir-rejaltà sabiħa u esperjenzaw il-miġja ta’ Dinja ġdida.
Minn “Sign of contradiction” ta’ Karol Wojtyla
F’dal-misteru m’aħniex niċċelebraw it-‘Triq tas-Salib’. Fir-raba’ misteru tat-tbatija tar-Rużarju nippruvaw naraw it-triq tat-tbatija kollha minn naħa waħda: Ġesù mgħobbi s-salib. Inġibuh quddiem għajnejna mgħakkes bl-uġigħ, inkurunat bix-xewk, id-demm iċarċar ma’ wiċċu u … mgħobbi t-toqol tas-salib. Narawh bħala “l-bniedem tan-niket” (Is 53,3), mgħaffeġ minn niesu, vittma tal-għar affarijiet li jistgħu jfasslu l-ħruxija u l-mibgħeda tal-bniedem. U fuq spallejh it-toqol kollu tas-salib! L-g˙odda maħsuba għall-mewtu stess, l-għelm li jwaqqgħalu ġieħu u, fuq kollox, toqol li jgħaffġu. Toqol li jaqa’ taħtu. L-istess persekuturi tiegħu kellhom isibu ‘l xi ħadd biex jgħinu. Xi ħadd li miegħu jkollu jġorru sal-post tal-qtil. Iġorr it-Toqol. … Iġorr issalib. … Forsi bħalissa nistgħu nġibu quddiem għajnejna nies oħra mgħobbija bħalu: nies miżmumin f’kampijiet tal-qerda, fil-barrieri imġgħelin iġorru blokok ta’ ġebel enormi fuq spallejhom; jew oħrajn marbutin ma’ magni tqal biex jagħmlu x-xogħol tal-gniedes. ….. Bħal issa, il-ġrajja tas-seklu għoxrin tista’ tagħtina s-suġġett għal ħafna xeni mentali.
Ġesù ta’ Nazaret iġorr is-salib fit-toroq dojoq ta’ Ġerusalemm għall-post tal-qerda, għandu ħafna Xmunijiet minn Ċirene fis-seklu tagħna, nies li – bħal Xmun tal-Vanġelu – huma mġgħalin, sikwit bil-forza, biex iġorru slaleb ta’ suriet varji. Ejjew nistaqsu lilna nfusna: qegħdin iġorruhom ma’ Kristu?
Santu Wistin kiteb: “it-toqol tiegħi huwa mħabbti”. Hawn għandna, muri ċar, it-tifsira li għandna nieħdu mill-kontemplazzjoni tas-salib ta’ Kristu. L-imħabba mhux biss tgħollina, toħroġna barra minna nfusna; hija wkoll tqiegħed tgħabijiet fuqna. U forsi t-tgħabijiet jgħidulna iktar dwar l-imħabba milli l-waqtiet tal-estasi u tat-tqanqil spiritwali. “It-toqol tiegħi huwa mħabbti”. Għalhekk Ġesù qal: “Jekk xi ħadd jixtieq jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja” (Mk 8, 34). U qal iżjed minn hekk: “Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi” (Mt. 10, 38). Meta qal dawn il-kliem ħadd ma għaraf minn qabel li dan “il-profeta kbir” għad ikun mgħobbi b’salibu stess li fuqu kellu jmut, b’hekk jissiġilla l-verità ta’ dak li qal.
Minn “Trattat dwar id-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka skond San Alwiġi M. De Montfort”
Il-kwalitajiet tad-devozzjoni lejn il-Madonna huma li hi: interjuri; delikata; qaddisa; kostanti; minghajr interessi.
jiġifieri tiġi mill-moħħ u mill-qalb. Il-bidu tagħha hu rrispett li għandna lejn il-Verġni Mbierka, mill-idea għolja li ffurmajna tal-kobor tagħha u mill-imħabba li għandna lejha.
jiġifieri mimlija bil-fiduċja fil-Verġni Mbierka, bħal fiduċja li għandha tarbija f’ommha. Iġġegħelna nersqu lejha fil-bżonnijiet kollha tagħna, tal-ġisem u tar-ruħ, u dan nagħmluh b’sempliċità, b’fiduċja u bi ħlewwa kbira. Aħna nħarsu lejn din l-Omm Twajba fil-ħtiġijiet kollha tagħna, dejjem u fiċ-ċirkustanzi kollha, fid-dubbji tagħna biex inkunu mdawlin; fit-telfien tagħna biex inkunu nistgħu niġu mmexxija fit-triq id-dritta; fit-tiġrib tagħna biex inkunu megħjunin; fil-personalità tagħna biex inkunu msaħħin; fil-qtigħ il-qalb tagħna, biex inkunu nkorraġġiti, fl-iskrupli tagħna biex inkunu ikkwetati u żgurati; u fis-slaleb, provi u taħbit tal-ħajja tagħna, biex inkunu mfarrġa. Fl-aħħarnett aħna nduru lejn Marija fid-dwejjaq kollha tagħna tal-ġisem u tar-ruħ, għaliex m’għandna ebda biża’ li se ndejqu lil din l-Omm Twajba, u ma nogħġbux lil Ġesù.
jiġifieri tmexxina biex naħarbu d-dnub u nimitawha, speċjalment fl-għaxar virtujiet prinċipali tagħha: l-umiltà profonda tagħha, l-fidi ħajja tagħha, l-ubbidjenza għamja tagħha, t-talb bla ma jaqta’ tagħha, l-mortifikazzjoni tagħha f’kollox, is-safa bla paragun tagħha, l-karità mħeġġa tagħha, il-paċenzja erojka tagħha, il-ħlewwa anġelika tagħha u l-għerf divin tagħha.
jiġifieri ssaħħaħna fl-għemil it-tajjeb u ma tħalliniex, biex għal ħaġa ta’ xejn inħallu d-drawwiet tad-devozzjoni; tagħtina l-kuraġġ biex nieqfu lid-dinja u biex niċħdu l-modi u l-għerf ta’ din id-dinja; tagħmilna kappaċi niġġieldu mal-ġisem bil-passjonijiet u l-ġibdiet ħżiena tiegħu, u x-xitan bit-tentazzjoni tiegħu. Bħala riżultat, bniedem li hu veru devot tal-Madonna ma jbiddilx, ma jgħix skond l-aptit, mhux skrupluż jew beżżiegħi. Naturalment, mhux li bniedem bħal dan qatt ma jaqta’ jew ivarja fis-sentimenti ta’ devozzjoni, imma jekk jaqa’, iqum billi jaqbad l-id tal-Omm twajba tiegħu; u jekk iħoss li d-devozzjonijiet tiegħu huma xotti u mingħajr ħeġġa, ma jitħawwadx. Għaliex id-devot veru u fidil ta’ Marija jgħix bil-fidi ta’ Ġesù u ta’ Marija u mhux bit-tqanqil u s-sentimenti naturali.
jiġifieri tispira lir-ruħ, biex tfittex mhux lilha nfisha imma ‘l Alla waħdu, f’Ommu l-għażiża. Il-veru devot ta’ Marija ma jaqdix lil din is-sultana sublimi bil-ħsieb li jaqla’ jew għall-interess tiegħu nnifsu; lanqas bil-ħsieb li jakkwista xi ġid temporali tal-ġisem u lanqas tar-ruħ, imma jaqdiha biss għaliex jistħoqqilha li tkun moqdija, u Alla biss ikun moqdi meta naqdu lilha. Aħna ma nħobbux lill-Madonna speċifikament għal dak li naqilgħu jew nittamaw li naqilgħu minn għandha, imma aħna nħobbuha u naqduha bl-istess fedeltà f’mumenti ta’ nixfa spiritwali, kif ukoll meta nduqu l-ħlewwa tal-fervur imqanqal. Inħobbuha bl-istess ħerqa fuq il-kalvarju kif ukoll inħobbuha fit-tieġ ta’ Kana. Kemm jogħġob u kemm hu prezzjuż dak id-devot ta’ Marija li ma jfittex bl-ebda mod lilu nnifsu fil-qadi li jagħtiha! Iżda kemm huma skarsi dawn id-devoti llum!
Minn “Fatima in Lucia’s own words”
Id-dehra tal-infern imliet lil Ġaċinta bit-twerwir tant li, kull penitenza u mortifikazzjoni ma kienet tqisha xejn, jekk biss setgħet ma tħallix l-erwieħ imorru hemm.
Dan kif, Ġaċinta hekk żgħira, setgħet tifhem tant tajjeb u tinħakem minn spirtu ta’ mortifikazzjoni u penitenza bħal dan? Fl-opinjoni ta’ Luċija, ir-raġuni hi: l-ewwelnett, li Alla ried isawwab fuqha grazzja speċjali, permezz tal-Qalb Bla Tebga ta’ Marija; u t-tieni, għaliex kienet rat l-infern, u kienet rat il-ħerba tal-erwieħ li jmorru hemm.
Xi nies, wkoll dawk l-iktar devoti, ma jridux ikellmu lit-tfal dwar l-infern, li ma jmorrux ibeżżgħuhom. Iżda Alla ma ħasibhiex darbtejn biex juri l-infern lil tlett itfal, waħda minnhom kellha sitt snin biss, għalkemm kien jaf tajjeb li se jitwerwru tant li, tista’ tgħid, jidbielu għal kollox bil-biża’.
Ġaċinta sikwit kienet toqgħod bilqiegħda fl-art jew fuq xi blata taħseb u tgħid bi stagħġib: “O, l-Infern! L-infern! Kemm jissg˙obbija g˙all-erwie˙ li jmorru
l-infern! U n-nies hemm isfel, jinħarqu ħajjin, qishom injam fin-nar! Imbagħad, imriegħda, kienet tinżel għarkubtejha b’idejha magħqudin u tgħid it-talba li l-Madonna kienet għallmithom.
“O Ġesù tiegħi! Aħfrilna, eħlisna min-nar tal-infern. Mexxi l-erwieħ kollha lejn il-ġenna, speċjalment dawk li l-aktar jeħtieġu”.
L-aħħar kelmiet ta’ dit-talba jirreferu għall-erwieħ fl-ikbar periklu ta’ dannazzjoni, jew dawk li huma l-iktar qrib t’hekk. Ġaċinta kienet tibqa’ għarkubtejha għal ħinijiet twal, tgħid l-istess talba u ttenniha għal ħafna drabi.
Minn żmien għal ieħor, bħal min iqum minn raqda, kienet tgħajjat lil ħuha jew lil Luċija:
“Franġisku! Franġisku! Qiegħed titlob miegħi? Għandna nitolbu ħafna ħafna, biex neħilsu l-erwieħ mill-infern. Ħafna ħafna jmorru hemm! Ħafna ħafna!”
WebRep
Overall rating
WebRep
Overall rating