It-Test tal-Wegħda l-Kbira tal-Qalb ta’ Marija
fid-dehra f’Pontevedra, Spanja
Minn “Fatima in Lucia’s own Words”(pp.225-233)
JMJ
Fis-17 ta’ Diċembru 1927, hija marret quddiem it-tabernaklu biex tistaqsi lil Ġesù kif għandha tagħmel dak li hi ġiet mitluba tagħmel, jiġifieri, li tgħid jekk l-oriġini tad-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija kenitx inkluża fis-Sigriet li l-Verġni l-iktar qaddisa kienet fdatilha.
Ġesù għamel li hi tisma’ b’mod l-aktar ċar dawn il-kliem: “Binti, ikteb dak li jitolbu minnek. Ikteb ukoll kull ma l-Verġni l-iktar qaddisa irrivelatlek fid-Dehra, li fiha tkellmet dwar din id-devozzjoni. Għal bqija tas-Sigriet ibqa’ żomm is-skiet.”
Dak li kien fdat fuq dan is-suġġett fl-1917, hu dan li ġej:
Hija talbet għalihom li jittieħdu l-ġenna, u l-Verġni l-iktar qaddisa wieġbet: “Iva, jien se nieħu lil Ġaċinta u lil franġisku dalwaqt. Iżda inti (Luċija) għandek tibqa’ hawn xi żmien itwal. Ġesù jixtieq li jinqeda bik biex jagħmilni magħrufa u maħbuba. Huwa jrid iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qlb Bla Tebgħa tiegħi. Jien inwiegħed is-salvazzjoni lil dawk kollha li jħaddnuha, u dawn l-erwieħ ikunu maħbuba minn Alla, bħal fjuri mqiegħdin minni biex iżejnu t-tron Tiegħu.”
“Jien għandi nibqa’ waħdi hawnhekk?” hi staqsiet, imnikkta.
“Le, binti. Jien ma jien se nitilqgħek qatt. Il-Qalb Bla Tebgħa tiegħi se tkun il-kenn tiegħek u t-triq li twasslek għand Alla.”
Fl-10 ta’ Diċembru 1925, il-Verġni l-iktar qaddisa dehritilha, u maġenbha, mgħolli fuq sħaba mdawwla, kien hemm tfajjel. Il-Verġni l-iktar qaddisa serrħet idha fuq spallitha, u waqt li għamlet dan, urietha qalb imdawwra bix-xewk, li kienet qiegħdha żżomm f’idha l-oħra. Fl-istess waqt, it-Tfajjel qal:
“Aqsam it-tbatija mal-Qalb ta’ l-Omm l-iktar qaddisa tiegħek, miksija bix-xewk, li bihom is-nies ingrati jinfduha kull waqt, u m’hemm ħadd biex jagħmel xi att ta’ tpattija biex ineħħihom.”
Imbagħad il-Verġni l-ikatar qaddisa qalet:
“Ħares, binti, lejn Qalbi, mdawwra bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduni kull waqt bid-dagħa u l-ingratitudni tagħhom. Inti għall-inqas ipprova farraġni u għid li jiena nwiegħed li nassisti, waqt is-siegħa tal-mewt, bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, ma’ dawk kollha li, fl-ewwel Sibt ta’ ħames xhur wara xulxin, iqerru, jitqarrbnu, jgħidu ħames posti tar-Rużarju, u joqgħodu miegħi għal ħmistax il-minuta filwaqt li jimmeditaw il-ħmistax il-misteru tar-Rużarju, bl-intenzjoni li jagħmlu tpattija għalija.”
Fil-15 ta’ frar 1926, it-tfajjel Ġesù reġa’ dehrilha. Huwa staqsiha jekk hi kenitx diġà xandret id-devozzjoni lejn l-Omm l-iktar qaddisa Tiegħu. Hija qaltlu bid-diffikultajiet tal-konfessur tagħha, u qalet li l-Madre Superjura kienet lesta li xxeridha, iżda li l-konfessur kien qal li hi, weħidha, ma tista’ tagħmel xejn.
Ġesù wieġeb:
“Huwa veru li s-Superjura tiegħek weħidha ma tista’ tagħmel xejn, iżda bil-grazzja tiegħi, hija tista’ tagħmel kollox.”
Hija qegħdet quddiem Ġesù d-diffikultà li xi nies kellhom dwar li jqerru s-Sibt, u talbet li tkun tgħodd jekk il-qrara ssir fi żmien tmien tijiem. Ġesù wieġeb:
“iva, u tista’ tkun itwal ukoll, sakemm meta jirċevuNI, huma jkunu fl-istat tal-grazzja u jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu tpattija lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.”
Hija mbagħad staqsiet:
“Ġesù tiegħI, x’jiġri minn dawk li jinsew jagħmlu din l-intenzjoni?”
Ġesù wieġeb:
“Huma jistgħu jagħmlu dan fl-ewwel qrara tagħhom, billi jmorru jqerru ma’ l-ewwel okkażżjoni li jkollhom.”
Xi jiem wara, Swor Luċija kitbet rakkont sħiħ ta’ din id-Dehra, li ntbagħtet lil Mons Manuel Pereira Lopes, li iktar tard sar Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Porto, u li kien il-konfessur ta’ Luċija matul il-qagħda tagħha f’Vilar do Oporto. Dan id-dokument li ma kienx ippublikat kien imdaħħal minn Rev. Dr. Sebastiao Martins dos Reis fil-ktieb tiegħu bit-titlu: “A Life in the service of Fatima” ara pp. 336-357.
Fil-15 ta’ Frar 1926, jien kont mehdija bix-xogħol tiegħi, u bl-ebda mod ma kont qed naħseb fuq dan. Mort narmi bieqja żibel lil hemm mill-ġnien tal-ħxejjex, fl-istess post fejn, xi xhur qabel, kont iltqgħajt mat-tfajjel. Jien kont staqsejtu jekk kienx jaf is-Sliema, u hu qal li kien jafha, għalhekk tlabtu jgħidha biex nisimgħu. Iżda, billi hu bl-ebda mod ma pprova jgħidha waħdu, jien għidtha miegħu tlett darbiet wara xulxin, kif spiċċajnihom, jien tlabtu li jgħidha waħdu. Iżda hu baqa’ sieket u ma setax jgħid is-Sliema għalik Marija waħdu,, jien staqsejtu jekk kienx jaf fejn kienet il-knisja ta’ Santa Marija, għal dan hu wieġeb li kien jaf. Jien għedtlu biex imur hemm kuljum u jgħid dan: Ja Omm tiegħi tas-sema, għatini t-Tfajjel tiegħek Ġesù! Għallimtu dan, u imbagħad tlaqtu.
Fil-15 ta’ Frar 1926, waqt li kont sejra hemm bħas-soltu, jien sibt tfajjel li dehrli li kien l-istess wieħed li kont iltqgħajt miegħu, għalhekk jien staqsejtu:
“Tlabt lil Ommok tas-sema tagħtik it-Tfajjel Ġesù?”
“U inti xerridt fid-dinja kollha dak li l-Omm tagħna tas-sema talbitek tagħmel?”
B’dan, huwa tbiddel fi Tfajjel jiddi. Għaraft imbagħad li kien Ġesù, jien għedt:
“Ġesù tiegħi, Inti taf sewwa ħafna dak li l-konfessur tiegħi qalli fl-ittra li qrajtlek. Hu qalli li kien meħtieġ li tirrepeti ruħha din id-Dehra, għal iktar ġrajjiet biex turi li għandha titwemmen, u hu żied li l-Madre Superjura, waħedha, ma tista’ tagħmel xejn biex ixxerred din id-devozzjoni.”
“Huwa veru li s-Superjura tiegħek wa]edha ma tista’ tagħmel xejn, iżda bil-grazzja tiegħi hija tista’ tagħmel kollox. Huwa biżżejjed li l-konfessur tiegħek jagħtik il-permess u li s-Superjura tiegħek titkellem dwarha, biex hi titwemmen, ukoll mingħajr ma n-nies ikunu jafu lil min ġiet irrivelata.”
“Iżda l-konfessur tiegħi qal fl-ittra li din id-devozzjoni ma kenitx nieqsa fid-dinja, għaliex hemm ħafna erwieħ li jirċevuk fl-Ewwel Sibtijiet, f’ġieħ il-Madonna u tal-Ħmistax il-Misteru tar-Rużarju.”
“Huwa veru, binti, li ħafna erwieħ jibdew l-Ewwel Sibtijiet, iżda ftit jispiċċawhom, u dawk li jlestuhom jagħmlu hekk biex jirċievu l-grazzji mwiegħda għalheklk. Ikun iktar jgħoġobni jekk huma jagħmlu Ħamsa bil-ħeġġa u bl-intenzjoni li jagħmlu tpattija għall-Qalb tal-Omm tagħhom tas-sema, milli kieku jagħmlu Ħmistax, b’mod biered u indifferenti ….”