Matul id-dehra tat-13 ta’ Lulju il-Madonna ħabbret ġewwa Fatima:
“Biex teħilsu mill-gwerra, jien se niġi nitlob il-konsagrazzjoni tar-Russja lill-Qalb Bla Tebgħa Tiegħi u t-Tqarbin imqaddes ta’ Tpattija fl-ewwel sibtijiet”.
Il-Madonna fl-aħħar talbet lil Sr. Luċija biex issir din id-devozzzjoni tal-ewwel sibt meta, fl-10 ta’ Diċembru 1925 f’Pontevedra - Spanja; hi qalet:
“Ara, binti qalbi mdawwra bix-xewk, li bihom jinfduni n-nies ingrati kull darba bid-dagħa u bl-ingratitudni tagħhom. Int għalinqas, ipprova farraġni u għid li jien inwiegħed li nassisti fis-siegħa tal-mewt bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, lil dawk kollha li, fl-ewwel sibt ta’ ħames xhur wara xulxin, iqerru, jiċievu t-Tqarbin Imqaddes, u jirreċitaw ħames posti tar-Rużarju u jżommuli kumpanija għal ħmistax il-minuta filwaqt li jimmeditaw fuq il-ħmistax il-misteru tar-Rużarju bl-intenzjoni li jagħmluli tpattija.”
Il-Verġni l-iktar Qaddisa wriet qalbha mdawwra bix-xewk li jfisser dnubietna; hija talbitna biex nagħmlu atti ta’ tpattija biex inneħħuhom permezz tad-devozzjoni ta’ l-Ewwel Sibtijiet. Bħala ħlas, hija wegħditna “l-grazzji kollha meħtieġa għas-salvazzjoni”.
Fis-sentejn ta’ wara, fil-15 ta’ Frar 1926 u fis-17 ta’ Diċembru 1927, Ġesù nsista għat-tixrid ta’ din id-devozzjoni. Luċija kitbet: “Il-paċi tad-dinja tiddependi fuq il-prattika tad-devozzjoni tal-Ewwel Sibtijiet magħqudin mal-konsagrazzjoni lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija”.
Hemm ħames l-ewwel sibtijiet, għaliex Ġesù qal li “Hemm ħames suriet ta’ offiżi u dagħa magħmulin kontra l-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija:
1 Dagħa kontra t-Tnissil Bla Tebgħa tagħha;
2 kontra l-Verġinità tagħha;
3 kontra l-Maternità Divina tagħha flimkien maċ-ċaħda li jilqgħuha bħala Omm il-bnedmin;
4 Dawk li jippruvaw inisslu fil-qlub tat-tfal l-indiferrenza, stmerrija u saħansitra mibgħeda lejn l-Omm Bla Tebgħa;
5 Dawk li joffenduha direttament fix-xbihat sagri tagħha.
Hemm erba’ kundizzjonijiet meħtieġa biex naqilgħu l-privileġġi ta’ l-Ewwel Sibtijiet:
1. Qrar – Għal kull l-Ewwel Sibt huwa meħtieġ li tmur tqerr bl-intenzjoni li tagħmel tpattija. Dan jista’ jsir f’xi ġurnata jew qabel jew wara l-ewwel sibt, sakemm wieħed jirċievi t-Tqarbin Imqaddes fl-Istat tal-Grazzja.
Luċija staqsiet: “Ġesù tiegħi, x’jiġri minn dawk li jinsew jagħmlu l-intenzjoni ta’ tpattija?” Ġesù wieġeb: “Huma jistgħu jagħmluha fil-qrara li jmiss billi jmorru jqerru fl-ewwel okkażżjoni li jsibu”.
It-tlett kundizzjonijiet l-oħra għandhom jitwettqu fl-Ewwel Sibt stess, jekk xi qassis, għal raġunijiet tajba, ma jħallihomx jagħmluhom il-Ħadd ta’ wara.
2. Tqarbin Imqaddes ta’ Tpattija.
3. Rużarju.
4. Meditazzjoni, li ddum 15 il-minuta, fuq il-Mnisteri tar-Rużarju, kollha jew wieħed minnhom. Meditazzjoni ta’ 3 minuti qabel kull wieħed mill 5 Misteri tar-Rużarju li jkunu qed jingħadu jistgħu jieħdu post il-meditazzjoni ta’ 15 il-minuta.
Kull wa]da minn dawn l-erba’ attivitajiet għandna nidħlu għalihom bl-intenzjoni li ssir tpattija lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.