Home

Il-Madonna qalet lit-tlett Ragħajja ż-Żgħar:

"Għidu r-RUŻARJU kuljum ... ITOLBU ĦAFNA u agħmlu SAGRIFIĊĊJI għall-MIDINBIN; għax ħafna erwieħ imorru l-INFERN,għax m'hemm ħadd li jissagrifika ruħu u jitlob għalihom ... biex isalvahom, Alla jixtieq iwaqqagf fid-dinja d-DEVOZZJONI lejn il-QALB BLA TEBGĦA ta' MARIJA. Il-paċi tad-dinja tiddependi mill-prattika tad-devozzjoni tal-EWWEL SIBTIJIET magħqudin mal-KONSAGRAZZJONI lill-QALB BLA TEBGĦA TA' MARIJA"

Talb mgħallmin mill-Anġlu

Fl-ewwel dehra, l-Anġlu qal lir-Ragħajja ż-Żgħar jtolbu hekk:

Alla tiegħi, nemmen fik, nadurak, nitma fik u nħobbok. Nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx.

Fit-tieni dehra ta’ l-Anġlu qalilhom:

“ ... Itolbu! Itolbu ħafna! ... Offru bla heda talb u sagrifiċċji lill-Iktar Għoli!

Għamlu minn kull ma tistgħu sagrifiċċju, u offruh lil Alla bħala att ta’ tpattija għad-dnubiet li bihom Hu offiż, u bħala talba għall-konverżjoni tal-midinbin. B’hekk intom tiġbdu l-paċi fuq pajjiżkom. .... Qabel xejn, ilqgħu u stabrtu b’sottomissjoni t-tbatijiet li l-Mulej għad jibgħatilkom”.

Fit-tielet dehra l-Anġlu għallimhom din it-talba:

L-iktar Imqaddsa Trinità, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, nadurak profondament, u noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità l-iktar għeżież ta’ Ġesù Kristu, preżenti fit-tabernakli kollha tad-dinja, bi tpattija għall-profanazzjonijiet, sagrileġġi u ndifferenza li bihom Huwa offiż. U, għall-merti nfiniti tal-Qalb l-Iktar Imqaddsa Tiegħu, u tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, nitolbok il-konverżjoni tal-imsejkna midinbin.”

Talb magħllmin mill-Madonna

“O Ġesù tiegħi, aħfrilna, eħlisna min-nar tal-infern. Mexxi l-erwieħ kollha lejn il-Ġenna, speċjalment dawk li l-iktar għandhom bżonn.”

“O Ġesù, dan huwa għall-imħabba tiegħek, għall-konverżjoni tal-midinbin, u bi tpattija għad-dnubiet magħmulin kontra l-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.”

Il-Verġni mqaddsa qalet lil Luċija:

"Ġesu jixtieq ..... jagħmilni magħrufa u maħbuba. Ġesu jrid iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa tiegħi.

Jien inwiegħed is-salvazzjoni lil dawk kollha li jħaddnuha, u dawn l-erwieħ ikunu maħbubin minn Alla, u jkunu bħal fjuri imqiegħdin minni biex iżejnu t-tron Tiegħu.”

“Ħares, binti, lejn Qalbi, mdawwra bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduni kull waqt bid-dagħa u l-ingratitudni tagħhom.

Int għalinqas ipprova farraġni u għid li: -

  • jiena nwiegħed li ngħin, waqt is-siegħa tal-mewt, bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, lil dawk kollha li, bil-fehma li jagħmlu tpattija għalija, fl-EWWEL SIBT ta’ ħames xhur wara xulxin,
      • IQERRU
      • JITQARRBNU,
      • jgħidu ħames posti tar-RUŻARJU, u
      • joqgħodu miegħi għal ħmistax il-minuta JIMMEDITAW il-MISTERI TAR-RUŻARJU.”

Att ta’ Tpattija Lill-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija

Verġni l-Iktar Qaddisa Marija u Ommna l-għażiża, waqt li turina qalbek imdawwra bix-xewk, simboli tad-dagħa u l-ingratitudni li bihom in-nies ingrati jħallsu lura l-għożża ta’ mħabbtek, inti tlabtna nfarrġuk u nagħmlu tpattija.

Malli nisimgħu t-tnehid tiegħek aħna nixtiequ nagħmlu tpattija lill-Qalb Bla Tebgħa u imnikkta tiegħek, li l-bnedmin ħżiena jinfdu bix-xewk ippuntat ta’ dnubiethom.

Aħna rridu b’mod speċjali nagħmlu tajjeb għad-dagħa kontra t-Tnissil Bla Tebgħa u l-Verġinità Mqaddsa Tiegħek.

Ħafna nies jiċħdu li inti l-Omm ta’ Alla u lanqas biss iridu jaċċettawk bħala l-Omm għażiża tal-bnedmin. Oħrajn, li ma jistgħux joffenduk direttament, iferrgħu l-mibgħeda bla rażan tagħhom fuq ix-xbihat qaddisa tiegħek. Aħna naraw ukoll lil min ifittex inissel indifferenza, stmerrija u saħansitra mibgħeda lejk, fil-qlub tal-bnedmin, speċjalment fil-qlub tat-tfal innoċenti.

Verġni l-Iktar Qaddisa, għarkupptejna f’riġlejk, aħna nixtiequ nuru n-niket tagħna għal dawn l-offiżi kollha u nwiegħdu li nagħmlu tpattija bis-sagrifiċċji, t-Tqarbin u t-talb tagħna, għad-dnubiet kollha ta’ dawn, uliedek ingrati.

Filwaqt li nagħrfu li aħna stess mhux dejjem nikkorrispondu ma’ dak li inti tistenna minna u lanqas ma nweġġħuk u nħobbuk bħala Ommna, aħna umilment nitolbuk taqlgħalna l-ħniena u l-maħfra ta’ dnubietna.

Aħna nitolbu għall-uliedek kollha, u speċjalment għalina stess, li nikkonsagraw ħajjitna kollha kemm hi lill-Qalb Bla Tebgħa tiegħek. Aħna nittamaw li dik l-istess Qalb tkun il-kenn tagħna fit-taħbit u t-tentazzjonijiet tal-ħajja, u li tkun it-triq li twassalna għand Alla.

Ammen.

Att ta' Konsagrazzjoni lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

Verġni Marija, Omm Alla u Ommna, aħna nikkonsagraw lilna nfusna lill-Qalb Bla Tebgħa tiegħek, f’att ta’ offerta sħiħa lil Mulej u billi nintelqu għalkollox f’idejh.

Minnek aħna nkunu mmexija lejn Kristu ibnek u l-iben il-waħdieni ta’ Alla, u minnu u bih inkunu mmexxija lejn il-Missier Etern tiegħu. Aħna nimxu fid-dawl tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba sabiex id-dinja tista’ temmen li Ġesù huwa l-Mibgħut mill-Missier biex jagħtina l-Kelma Tiegħu u aħna, bħala l-ambaxxaturi Tiegħu, nwasslu l-għarfien u l-imħabba Tiegħu sa truf l-art.

B’hekk taħt il-ħarsien matern tal-Qalb Bla Tebgħa Tiegħek aħna nkunu poplu wieħed ma’ Kristu, mifdijin bil-mewt Tiegħu u xhieda tal-Qawmien Tiegħu, u minnu mmexxija lejn il-Missier għall-glorja tat-Trinità l-iktar Qaddisa li aħna naduraw, infaħħru u nbierku.

Ammen.

_____________________________________________________________________

Għajnuniet: -

· bibbjakattolka Bibbja

· bibbjatestment il-qadim Testment il-Ġdid

· bibbjaTestmentilgdid Testment il-Qadim

· issliem ..............................

· messaggtafatima Messaġġ ta' Fatima

· ommnamarija OMMNA MARIJA

http://fatimamessage.blogspot.com/ Il-Messaġġ tal-Madonna ta’ Fatima

http://qimamarjana.blogspot.com/ Il-Qima Lejn il-Verġni Marija Omm Alla

http://twemmin.blogspot.com/ Twemminim Fi Kristu u fil-Knisja Kattolika

http://tifkiriet.blogspot.com/ Tifkiriet

http://www.youtube.com/watch?v=hfl7D2l8mgw Via Lucis

http://www.youtube.com/watch?v=Bk75zV1QYTw Il-Milied

http://www.youtube.com/watch?v=IBxMr2kxidA Christmas

http://www.universalis.com/100/index.htm Daily Liturgy

http://www.dailygospel.org/main.php?language=AM Daily Gospel

WebRep

Overall rating