L-immaġinazzjoni kontemplattiva hi forma ta’ talb li nistgħu nużaw ta’ kuljum, biex inqattgħu ftit ħin mal-Mulej. Iżda hi ħafna aktar minn hekk. Għal Injazju u l-ewwel kumpanni Ġizwiti, din il-forma ta’ talb kellha tintuża, l-ewwel u qabel kollox, sabiex wieħed jieħu u jikkonferma deċiżjonijiet importanti f’ħajtu, fi proċess ta’ għażla quddiem Alla. Fid-tradizzjoni Injazjana, dan jissejjaħ dixxerniment.
Kulħadd irid jiddixxerni u jagħżel f’ħajtu. Ma nistgħux nagħżlu stat ta’ ħajja (eż. iż-żwieġ, il-ħajja reliġjuża, il-ħajja saċerdotali) jew professjoni kif nagħżlu ħelwa minn ġo borża. Hawn taħt tista’ ssib xi għajnuniet, iżda tajjeb li tfittex akkumpanjatur spiritwali u tagħmel irtir Injazjan (ta’ ħamest ijiem jew tmint ijiem) biex tiddixxerni għażliet importanti bħal dawn.
1. Prinċipji
Fit-tradizzjoni Kattolika u Injazjana, nemmnu li:
2. Motivazzjonijiet:
Tajjeb li ngħarbluhom biex naraw jekk humiex:
3. Erba’ Dimensjonijiet u Tmien Prinċipji Fundamentali għal kull għażla importanti fil-ħajja:
3. Il-Mumenti tad-deċiżjoni:
Kemm minn dawn is-sentenzi jgħoddu għalik?
1. Inħoss fija xewqa persistenti li nsir saċerdot jew brother f’ordni reliġjuż, minkejja l-ostakli.
2. Inħoss li jien ħieles u disponibbli biżżejjed biex noffri ħajti lill-Mulej u mmur fejn jibagħtuni s-superjuri.
3. M’iniex qed infittex it-tbatija fiha nfisha, iżda lest inċaħħad lili nnifsi u nagħmel sagrifiċċji biex nimxi wara Ġesù.
4. Ma tkiddnix l-idea li nieħu l-aħħar post, ukoll meta nista’ nkun tal-ewwel.
5. Nixtieq noffri lill-Mulej l-aħjar snin ta’ ħajti.
6. Nixtieq inlaqqa’ persuni oħra ma’ Ġesù.
7. Qed infittex familja spiritwali f’komunità reliġjuża.
8. Nixtieq inwassal il-Bxara t-Tajba lil hinn mill-fruntieri tal-Knisja u ta’ pajjiżi.
9. Nixtieq inservi u nkun solidali mal-fqar u l-emarġinati mhux biss f’esperjenzi limitati ta’ volontarjat, iżda b’mod definittiv.
10. Għandi bosta ħbieb, u nieħu gost inqatta’ ħin ta’ mistrieħ magħhom. Meta jkellmuni fuq ħajjithom nismagħhom bil-qalb, ukoll jekk ħafna drabi nħoss li m’għandix soluzzjonijiet faċli x’nissuġġerilhom. B’formazzjoni bħala Ġiżwita nittama li nkun nista’ nisma’ aħjar lil ħbiebi, nara kif il-Mulej hu preżenti f’ħajjithom u ngħinhom jiskopruh fihom.
11. Ħlief ħwejġi u l-affarijiet personali tiegħi, inħoss li m’għandi xejn li ma nistax nagħtih b’xejn u bil-qalb lill-ħaddieħor jekk ikun hemm raġuni valida.
12. Ngħożż lill-Knisja u nqisha bħala ommi wkoll jekk inħoss li għandha tiġġedded f’ċerti affarijiet.
13. Lest inkun strument tal-Ispirtu fit-tiġdid tal-Knisja filwaqt li nfittex li nibqa’ dejjem fidil lejn it-tradizzjoni li ġejja minn Ġesù u l-appostli.
14. Inħossni verament konvint li l-Mulej jaf jimlieli ħajti ukoll fin-nuqqas ta’ partner u ta’ familja bit-tfal, jekk fil-kas tiegħi din iċ-ċaħda tilliberani sabiex naqdi lil Alla, lill-Knisja u lill-umanità aħjar.
15. Inħoss li Alla għandu post u ħin rilevanti f’ħajti: it-talb jiġbidni u l-liturġija (iċċelebrata b’dinjità u bla guffaġni u esaġerazzjonijiet) tgħajjixni.
16. Inħossni midneb u dgħajjef. M’iniex den li nsir saċerdot jew reliġjuż. Madanakollu, naf li l-Mulej sejjaħ lil nies midinbin u dgħajfa, u għalhekk ma neskludix li qed isejjaħ lili wkoll.
17. Nemmen li l-Knisja teħtieġ saċerdoti u brothers iffurmati tajjeb. Lest li nifforma ruħi wkoll jekk dan ikun jinvolvi bosta snin ta’ studju. Nagħraf il-limitazzjonijet tiegħi iżda nafda li l-Kumpanija ta’ Ġesù taf tagħmel użu tajjeb mit-talenti tiegħi u taf tgħinni niżviluppahom għas-servizz tal-oħrajn.
18. Nixtieq inkun parti minn komunità li taqdi l-missjoni ta’ Kristu fid-dinja.
19. Nixtieq inħabrek għall-ġustizzja u l-paċi f’pajjiżi u fid-dinja.
20. Nixtieq insir naf u nidħol fi djalogu ma’ kulturi u reliġjonijiet oħra.
21. Għandi xi ftit esperjenza tal-Ispiritwalità Injazjana u nħossha tiġbidni u tagħmel sens għalija.
22. Qrajt l-Awtobijografija ta’ Sant’Injażju, xi kotba oħra serji u pożittivi dwar il-Kumpanija u xi pubblikazzjonijiet tal-Kumpanija. Żort ukoll bosta websites tal-Ġiżwiti u nħoss li l-mod ta’ kif inħares lejn il-Knisja u d-dinja jixbhu lill-viżjoni li sibt f’dawn il-paġni.
23. Naf li kull Ġiżwita għandu d-difetti tiegħu, iżda hemm Ġiżwita partikulari li jispirani: fil-mod kif jitkellem, jaħdem u jittratta ma’ ħaddieħor, nagħraf l-intimità tiegħu ma’ Alla, ir-rispett u l-imħabba profonda lejn l-oħrajn, il-maturità personali kbira, il-kreattività u l-inizjattiva, eċċ.
Jekk, fil-maġġoranża, dawn l-affermazzjonjiet jgħoddu għalik, hemm ċans tajjeb li l-Mulej qed isejjaħlek biex tidħol Ġiżwita. Iżda dan kollu jrid jiġi ikkonfermat fit-talb, bil-għajnuna ta’ akkumpanjatur spiritwali.
Ir-raġunijiet li ġejjin, per se, ma jindikawx li hemm vokazzjoni, u ħafna drabi, meta l-persuna tagħtihom importanza żejda, x’aktarx li ma jkun hemm vokazzjoni xejn:
1. M’iniex qed nara alternattivi oħra għal ħajti jekk mhux il-ħajja reliġjuża.
2. Il-flus għalija ħaġa maħmuġa u problematika: fil-ħajja reliġjuża ma noqgħodx inħabbel rasi fuq kif ser naqla’ ħobżi, kemm nista’ nonfoq, eċċ.
3. Jiġbidni l-prestiġju li jġib miegħu t-titlu u l-ilbies tas-saċerdot, u l-fatt li l-qassisin huma miġjubin min-nies. Il-Ġiżwiti, imbagħad, huma magħrufin bħala nies intelliġenti u kolti, u nixtieq li n-nies jarawni hekk, bħala wieħed minnhom.
4. Saċerdot li naf, ħabib jew xi ħadd minn tal-familja dejjem jgħidli li jixtieq jarani nsir qassis u dejjem itambarli li għandi vokazzjoni. Nixtieq nipprova ħa nara jekk hux veru... xejn xejn nikkuntentah.
5. Il-Ġiżwiti joffrulek possibbiltajiet li tistudja u tgħix barra minn Malta. Esperjenza sabiħa li diffiċli nagħmilha mod ieħor. Hu x’inhu, li titgħallem dejjem jiswa.
6. Jogħoġbuni ħafna l-Filosofija u t-Teoloġija, mela x’aktarx għandi vokazzjoni. Jekk insir Ġiżwita, inkun nista’ nitgħallem sew dawn is-suġġetti u nispeċjalizza fihom.
7. Ma nħossnix lest nidħol għaż-żwieġ u nerfa’ r-responsabbiltà ta’ familja.
8. Id-dinja ta’llum fiha ħafna taħwid u qed infittex post kwiet fejn kollox hu ordnat u ċar, u b’hekk inkun nista’ ngħix faċilment il-qdusija.
9. Iż-żgħażagħ ta’ mpari moħħhom fis-sess u x-xalar, u m’għadekx issib tfajliet bil-għaqal. Iż-żwiġijiet ta’ sħabi qed jitfarrku. Jekk insir reliġjuż, niffranka dan l-inkwiet u l-uġigħ ta’ qalb.
Lil żagħżugħ li jkun jixtieq isir Ġiżwita ngħidlu dan:
- Jekk din l-idea tqallbek minn ġewwa u toħloq tensjoni fik, ibqa’ d-dar.
- La tiġix għandna jekk tqis il-Knsija b’mart missierek, u mhux b’ommok.
- La tiġix għandna jekk taħseb li qed tagħmel pjaċir lill-Kumpanija ta’ Ġesù billi ssir Ġiżwita.
- Ejja jekk fiċ-ċentru ta’ ħajtek tqiegħed is-servizz ta’ Kristu.
- Ejja jekk għandek spallejk jifilħu kemm hemm bżonn, spirtu miftuħ, moħħ raġonevolment miftuħ u qalb akbar mid-dinja.
- Ejja jekk taf tiċċajta u tidħaq mal-oħrajn... u xi mindaqqiet tidħaq saħansitra bik innifsek.
Pedro Arrupe, sj
Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù (1965–1983).
Għal aktar tagħrif żur:
Ø http://www.jesuitvocations.org.uk/
Ø http://www.jesuitvocation.org/
Ø http://www.jesuitvocations.ie/
Ø http://jesuitvocation.libsyn.org/
Ø http://www.jesuitvocation.org.au/
Ø http://www.jesuits.ca/Join_us/
Job opportunity Ad:
Wanted: Christian Leaders
(reserved especially for ‘citizens of the world’)
Nationality: Candidates from any place in the world may apply. There is work to be done for peoples of all colours, creeds, classes and backgrounds everywhere, at all levels of the human society.
Qualifications: All candidates:
1) must have a deep desire to draw inspiration from Christ, their leader and model;
2) must have at least some awareness that people in their society live by two sets of values: one that makes them selfish and another that makes them ‘free’ human beings;
3) must be prepared to face inconvenience, discomfort, criticism, opposition… from people who are opposed to higher values.
Age: No limit. However, preference will be given to those who have a strong and generous heart for the mission of Christ.
Experience: A minimum experience of God, of prayer, of service to humanity is necessary. Those without even this minimum may apply for apprenticeship.
Remuneration: There are no monetary gains in this venture, but candidates will soon discover that they acquire virtues and values that all the money in the world cannot buy. Their greatest assets will be peace, happiness, joy, and a spirit of service. The greatest prospect would be a life closely identified with that of their Model, Jesus Christ, with all its implications, including poverty, dishonour and humility.
Are you brave enough to volunteer?
Nirringrazzjawk, Mulej, talli ġbartna hawn.
Nitolbuk tilqa’ il-ftit li aħna kapaċi nagħtuk.
Nitolbuk twieżen l-impenn tagħna fit-talb.
Agħmel li ma nehdew qatt inħabbtu u nitolbu.
Agħmel li nsibu l-hena tagħna
f’ li nadurawk u noffrulek lilna nfusna.
Int biss tista’ ssejħilna lejk,
Int biss tista’ tgħarrafna kelmtek,
Int biss tista’ tħallina ntiegħmu l-verità tiegħek.
’Tina li nduqu, Mulej, din it-togħma qawwija,
Togħma ta’ veru,
Ukoll jekk xi mindaqqiet inħossuha morra.
Int it-triq, il-verità, il-ħajja;
Int ir-rebbieħ li ħakem il-mewt, il-mard;
Int tgħallimna nagħdru tabilħaqq lill-bnedmin ħutna:
Int li tgħix u ssaltan
Mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu
Fis-sema u fl-art
Għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
[Carlo Maria Martini, sj.][i]
[i] Martini, C. M. 2007. Gli esercizi ignaziani alla luce di S. Matteo. Edizioni AdP. Ruma (Italja). 6a meditazione. Mislut bil-permess.