Ernie Sands (Tr. René Micallef)
Għannu lill-Ħallieq, MISSIERNA, iż-Żernieq,
Il-għajn ta'kull tjubija w dehen.
Ħniena wera magħna, imħabbtu felħana
Tibqa' għalina sur ta' kenn.
Sebbħuh, għal tjubitu, u insġu foħritu
intom, ja ġnus kollha, miġburin.
Għannu l-kobor tiegħu, qaddsu l-isem tiegħu
Roddulu kull ħajr biż-żfin.
KELMTU lissinhilna, u ħobżu qasmilna,
Setgħetu fil-kliem, fl-għemil.
Huwa, li hu ħuna, l-ewwel li minn fostna,
Ħeles mill-ilġiem tal-mewt.
Sebbħuh, għal tjubitu, u insġu foħritu
intom, ja ġnus kollha, miġburin.
Għannu l-kobor tiegħu, qaddsu l-isem tiegħu
Roddulu kull ħajr biż-żfin.
RUĦ IL-QODOS tiegħu bagħtu fuq ta´miegħu
U bih issawwabna lkoll.
Ħeġġieġ fit-taqbida, farrâġ fit-tnehida
Dnubiet il-ħatjin iħoll.
Sebbħuh, għal tjubitu, u insġu foħritu
intom, ja ġnus kollha, miġburin.
Għannu l-kobor tiegħu, qaddsu l-isem tiegħu
Roddulu kull ħajr biż-żfin.
INCIPIT EN: Sing of the Lord's Goodness, Father of all wisdom... (Sing of the Lord's Goodness).
INCIPIT IT: Cantate al Signore un cantico nuovo... (Musica di Festa)
ORIGINAL VERSION: Copyright © 1981 by OCP Publications 5536 Hassalo, Portland, OR, 97213. All rights reserved.