It-Tallab
Kliem: René Micallef, fuq poeżija ta´ D. Rimaud
Mużika: René Micallef, b'incipit meħud minn E. Daniel
Cf: (1) Lq 8, 16-18 - (2) Ġw 4 - (3) Lq 12, 49-53 - (4) Mt 13, 45-46; Lq 15, 11-32 - (5) At 3, 1-10
Waqt li ninsab nittallab ħa jfiġġ il-jum,
ser nagħlaq idejja fuqek bħalma wieħed jaħfen musbieħ tul il-lejl.
Tallab miġjet il-għodwa ser nilqgħek f'dawn l-idejn,
u inti ssir id-dawl li jħoll id-dlam ta' billejl.
Waqt li ninsab nittallab tama għall-futur,
se nwaħħad idejja f'bieqja bħalma wieħed jixrob fil-qilla tax-xemx.
Tallab miġjet it-tama ser nilqgħek f'dawn l-idejn,
u inti tgelgel fija għajn ta' tama w ta' ferħ.
Waqt li ninsab nittallab ħeġġa w nirien,
se nxiddek fuqi w nitgezzez bħalma wieħed jaħfen il-kutra fil-ksieh.
Tallab ħeġġet il-fjam-mi se ndawrek dawramejt,
u inti tkebbes f'qalbi n-nar li jqabbad il-qlub.
Waqt li ninsab xewqan li tiġi fil-qrib
se nieħdok f'idi bil-għożża bħalma waħda taħfen ġojjel tal-maħbub.
Xewqan li tiġi għandi ser ngħożżok f'dawn l-idejn,
u inti tberbaq ġidek ma' dal-ħali li jien.
Waqt li ninsab għatxan għalik ja Mulej,
se nirċevik f'dawn l-idejn iżd' huwa inti dak li jilqani f'idejh.
Għatxan għalik, Mulejja ser nilqgħek f'dawn l-idejn,
ħa nsir jien il-mibgħut għand it-tallaba w il-fqar.