Glorja 'l Alla fil-għoli tas-sema,
w paċi fl-art lill-bnedmin li il-Mulej iħobb.
Infaħħruk, inberkuk, nagħtuk qima,
ġieħ nagħtuk, ħajr niżżuk għas-sebħ tiegħek,
ta' kobor bla qjies.
Mulej Alla, sultan tas-sema,
Alla Missier li tista' kollox,
Mulej Iben, Int wild waħdieni,
Inti Ġesù, l-Midluk, il-Kristu,
Mulej Alla, ħaruf ta' Alla,
bin il-Missier:
Int li tneħħi id-dnubiet tad-dinja,
Ħenn għalina, ħenn għalina.
Int li tneħħi id-dnubiet tad dinja,
Ilqa' talbna, ilqa' t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier
Ħenn għalina, ħenn għalina.
Għax Int waħdek qaddis, Inti waħdek Mulej,
inti waħdek il-għoli Ġesù Kristu
mal-Ispirtu s-Santu fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.