Magħżulin fi Kristu - Ef 1

Maghzulin fi Kristu (Ef 1).mp3

Magħżulin fi Kristu (Ef 1, 3-8)

René Micallef

Imbierek Alla w Missier Sidna Ġesù

li fis-sema imliena b'kull b'barka għal ruħna.

Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Fih hu għażilna qabel ma ħalaq id-dinja

ħa nkunu safja quddiemu fl-imħabba.

Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Iddestinana minn qabel biex inkunu

ulied adottivi, wild tiegħu fi Kristu.

Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.

Fih għandna l-fidwa u l-maħfra tad-dnubiet b'demmu

skont l-għana tiegħu li biha fawwarna.

Faħħru lil Alla u roddulu ħajr għax għamel magħna ħwejjeġ kbar.