Il-Ħobż tal-Kelma fid-deżert
Vers 1: Naqsmu l-ħobż tal-kelma tiegħek biex nissaħħu fid-deżert
fejn int tridna nterrqu miegħek: glorja ntuk, u infaħħruk!
Vers 2: Lilek Kristu, feddej tagħna, glorja ntuk, u infaħħruk,
Mal-Missier u ma' l-Ispirtu: glorja ntuk, u infaħħruk!
Vers 1: Akklamazżjonijiet għal żmien ir-Randan
1el Ħadd A:
Naqsmu l-ħobż tal-kelma tiegħek biex nissaħħu fid-deżert
fejn int tridna nterrqu miegħek: glorja ntuk, u infaħħruk!
2i Hadd A:
Agħtu widen lill-Missier, dak li jgħidilna dwar Ġesù:
Dan hu Ibni_isimgħu lilu, glorj' agħtuh u llum faħħruh.
3et Hadd A:
Tina l-ilma ħalli ngħixu, sabiex l-għatx ma jeħodniex,
Inti dak li jifdi d-dinja, glorja ntuk u infaħħruk.
4a Hadd A:
Int Mulej id-dawl tad-dinja, għinna ħalli nimxu w'rajk,
Id-dawl tiegħek jagħti l-ħajja: glorja ntuk u infaħħruk.
5es Hadd A:
"Jiena hu l-qawmien u l-ħajja, emmnu fija w ma tmutux."
Lilek, Sid il-mewt u l-ħajja: glorja ntuk u infaħħruk.
1el Ħadd B:
Naqsmu l-ħobż tal-kelma tiegħek biex nissaħħu fid-deżert
fejn int tridna nterrqu miegħek: glorja ntuk, u infaħħruk!
2i Hadd B:
Agħtu widen lill-Missier, dak / li jgħidilna dwar Ġesù:
Dan hu Ibni_isimgħu lilu, glorj' agħtuh u llum faħħruh.
3et Hadd B:
Int li tibni t-tempju mwaqqa, int li tqum minn bejn l-imwiet,
Ibni fina l-maqdes tiegħek: glorja ntuk u infaħħruk.
4a Hadd B:
Int ma ġejtx tikkundannana, int ġibtilna il-ħelsien
Aħna nemmnu, fis salvana: glorja ntuk u infaħħruk.
5es Hadd B:
Aħna irridu naqdu lilek, u ser nimxu t-triq warajk,
Miegħek nibqgħu, jiġri x'jiġri: glorja ntuk u infaħħruk.
1el Ħadd C:
Naqsmu l-ħobż tal-kelma tiegħek biex nissaħħu fid-deżert
fejn int tridna nterrqu miegħek: glorja ntuk, u infaħħruk!
2i Hadd C:
Agħtu widen lill-Missier, dak li jgħidilna dwar Ġesù:
Dan hu Ibni_isimgħu lilu, glorj' agħtuh u llum faħħruh.
3et Hadd C:
Ejjew nindmu u nsaffu qlubna ħalli nagħrfu lill-Mulej,
ħalli nagħtu l-frott fi żmienu: glorja ntuk u infaħħruk.
4a Hadd C:
Aħna wliedek, Int Missierna, tistennina nerġgħu lejk,
sabiex tniedi festa għalina: glorja ntuk u infaħħruk.
5es Hadd C:
Int ma ġejtx tikkundannana, int ġibtilna il-ħelsien
Aħna nemmnu, fis salvana: glorja ntuk u infaħħruk.