Qalb ta´ Ġesù bin il-Għoli li ssawwart f´Marija mill-Ispirtu.
Minsuġa bil-Kelma t´Alla, wild is-Sid, saltnatek ma tgħib qatt, ma tmutx.
Qalb ta´ Ġesù id-dar t'Alla it-tinda tal-laqgħa tagħna mal-Maħbub,
Int il-bieb li jwassal ġewwa, minnek ngħaddu biex naslu għand il-Missier.
Ħuġġieġa li tikwi, mixgħula bl-imħabba,
maħżen tal-ġustizzja mimli tjieba w karità.
Ġewwa fil-qiegħan ta´ Qalb Sidi, is-Sultan
tal-qlub kollha, jgħammru l-virtujiet.
Jixraq li nfaħħruh.
Qalb ta´ Ġesù it-teżori tad-dehen u tal-għerf jinsabu ġewwa fik.
Int l-għaxqa ta' Alla, u fik tinsab tgħix il-milja tad-divinità.
Qalb ta´ Ġesù tnixxi l-ħniena u it-tjieba, bik aħna stagħnejna lkoll,
Xewqa ta´ għoljiet smewwija, għajn ta´ kull qdusija għal min jitma´ fik.
B´debħa għal dnubietna ta ħajtu min fdiena,
laqa´ it-tagħjir u obda f´kollox lill-Missier.
Ġismu kien miġruh, u l-Qalb tiegħu sfat minfuda
sabiex jinħafru id-dnubiet:
ħajr u sebħ nagħtuh!
Qalb ta´ Ġesù inti faraġ, inti l-għajn tal-ħajja, il-qawmien mill-mewt.
Mill-ġdid ridt tħabbibna miegħek, u ġibtilna s-sliem, u il-ħelsien u l-ferħ.
Qalb ta´ Ġesù fik it-tama għax tixtieq tkenninna tul l-eternità.
Meta jingħalqu għajnejna, nilmħu ´l wiċċek: x´hena, xi trankwilità.
Glorja nagħtu lill-Missier u lil dak Ibnu
li fih Alla ħabbna w berraħ Qalbu fuq salib.
Glorja lill-Ispirtu li ssawwab fit-tnehida
ta´ Kristu xħin radd Ruħu.
Fina jinsab fil-qrib.