Ġejjin niltaqgħu miegħek (Veniamo ad incontrarti)
(Miġjuba għall-Malti minn René Micallef)
Nilqgħu ġo fina, Mulej, f'dan il-jum
Il-ħobż imqaddes li ħejjejtilna, għax tant ħabbejtna.
Arana, ġejjin niltaqgħu miegħek
Ħa ngħixu t-tifkira ta' dik l-Ikla mill-ġdid
Dik l-Ikla li ridtna naqsmu miegħek u ma' ħutna l-bnedmin.
X'ħin nirċevuk, o Ġesù, f´dan l-imkien
Inti tibdilna, inti tfejjaqna, inti taħjina.
Insiru dak li jinżera' fina,
Nissawru fil-Ġisem wieħed tiegħek, flimkien
Nissieħbu fil-ħidma tiegħek, int u ġġedded lil kull ħolqien.
Meta noħorġu w nitbegħdu minn hawn
Se nġorru f'qalbna l-Preżenza tiegħek, il-Kelma tiegħek.
Se nfittxu fil-bixra ta' kull bniedem
Id-dija ta' min, b'xi mod, sar jafek mill-qrib,
B'hekk nistgħu lkoll nissawru f'komunità ta' ħbieb fil-Mulej.