Bil-ħerqa infittxek - Salm 63 (62)

Bil-ħerqa nfittxek - Salm 63(62).mp3

O Alla, hu int l-Alla tiegħi,

bil-ħerqa, bix-xenqa infittxek.

Ininu għalik ruħi, u ġismi,

bħal roqgħa art niexfa w imqaxqxa,

bħal roqgħa art niexfa, maħruqa.

Fit-tempju, arani ġejt fejnek,

nitgħaxxaq b'setgħetek u b'sebħek.

Għax aqwa mill-ħajja, tjubitek,

xoftejja ixandru tweġġiħek,

xoftejja ixandru foħritek.

Għalhekk ser inbierkek, Mulej,

se nbierkek tul ħajti kollha,

ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek.

Nimtela, b'kull benna li ssemmen,

xoftejja ferrieħa jgħannulek,

x'ħin fik, hemm fuq friexi, niftakar,

u f'sahret il-lejl nehwden fuqek,

u f'sahret il-lejl naħseb fuqek.

Għax inti għajnuna għalija,

għad-dell ta' ġwenħajk ngħanni hieni.

Ir-ruħ tiegħi miegħek tingħaqad,

tassew li lemintek triffidni,

tassew li lemintek tweżinni.

Għalhekk ser inbierkek, Mulej,

se nbierkek tul ħajti kollha,

ser ngħoli idejja lejk u nsejjaħ ismek.