Ħu, Mulej, ilqa'

Hu Mulej ilqa.mp3

Ħu, Mulej, ilqa'

René Mario Micallef

Ħu, Mulej, ilqa' il-ħelsien tiegħi,

Ħu, Mulej, ilqa' il-ftakir tiegħi,

Ħu, Mulej, ilqa' il-fehma tiegħi

Ħu, Mulej, ilqa' ir-rieda tiegħi

Ħu, Mulej, ilqa' kull ma għandi, kull ma jmiss lili

Kont int li tajtuli: inroddulek, kollox hu tiegħek.

Issa jinsab taħt idejk. Għamel minnu skont ir-rieda sħiħa tiegħek.

Biss tini mħabbtek, u tini l-grazzja tiegħek,

Għax dan biżżejjed, u bih imxebba'.

Ħu, Mulej, ilqa' kull ma għandi, kull ma jmiss lili

Kont int li tajtuli: inroddulek, kollox hu tiegħek.

Issa jinsab taħt idejk. Għamel minnu skont ir-rieda sħiħa tiegħek,

Għax tiegħek jien.