Meta ruħi ma ssibx fejn tistrieħ,
meta moħħi maħkum mill-ħsieb,
met' għajnejja jindilku bid-dmugħ,
meta gismi jirtgħod għax-xemx,
hemm niftakar fik, meta - qalb is-sema griż -
qalbek inqasmet mal-karba:
"Eloï, Eloï, lema sabaqtani? Eloï! Eloï! Eloï!"
Meta f'xifer, id-dinja tkun,
meta jien maħbub ma nkunx,
hemm niftakar fik, meta Int - bejn sema w art -
qalbek inqasmet mal-karba:
"Eloï, Eloï, lema sabaqtani? Eloï! Eloï! Eloï!"
Għajnejja, araw quddiem din it- tbatija
li kollox sar għalija!
Niftakar fik hemm minxur fuq is-salib:
qalbi, tinqasam f´dal-kliem:
"Eloï, Eloï, Int sa l-aħħar taż-żmien miegħi!
Eloï! Eloï! Eloï!
Eloï! Eloï! Eloï!"