Xejn ma jonqosni
R. Il-Mulej huwa r-ragħaj tiegħi
l-ebda ħaġa ma tonqosni,
f'megħrat ħodor iserraħni,
l-ilm' hu ħiemed fejn jeħodni
minħabb' ismu hu jaħjini,
fi triq sewa imexxini.
Mqar jekk nimxi f'Wied id-Dalma,
l-ebda ħsara ma tbeżżani,
għax int miegħi, il-għasluġ
u l-ħatar tiegħek iwennsuni. /R.
Inti tħejji ikl' għalija,
w dan biswit l-għedewwa tiegħi.
B'żejt ifuħ tidlikli rasi,
l-kalċi tiegħi tfawwarhuli. /R.
Tjieba w ħniena jimxu miegħi
kemm itul il-għomor tiegħi.
F'dar Mulejja nibqa' ngħammar
sa' ma jibqa' jtini l-ħajja. /R.