Dawl minn Dawl iż-Żernieq li tiġi żżurna meta tisma'
il-krib ta' fqajjar li fik jitma: infed il-għama li hemm fija.
Miss dawn l-għajnejn sabiex jaraw kemm tħobbni w tgħożżni, o Mulej,
Kif nista' nilmaħ dawl il-jum jekk ma nagħrafx ġo fija l-lejl?
Kelma t'Alla l-Missier, lissint id-dinja w kull ma fiha,
u qrajt l-Istorja, siegħa, siegħa: qanqal tweġiba ġewwa fija.
Miss dan il-fomm sabiex jistqarr imqar il-fidi tas-sajjied.
Kif nista' nlissen kliem fejjied jekk ma nxet tilx ġo fija s-skiet?
Qamgħ ġo ġismi miżrugħ, li tqum mill-ġdid u tnibbet fija,
sa' minn għadis il-magħmudija: agħtini qalb bħal art għammiela.
Miss dan il-għadam ħalli jgħix, onfoħ il-ħajja f'dan l-irmied,
Kif nista' ngħix għal dejjem fik jekk nibqa' nibża mill-imwiet?
http://sites.google.com/site/kantliturgiku2/Home/DawlminnDawliz-Zernieq.mp3