Int ġibtna f'din id-dinja ħa nnislu d-dinja tiegħek,
fil- fatra tal-bennejja naqsmu l-Ħobża miegħek.
Xħin tiġi l-art fix-xejn jintemmu wkoll is- sisien,
wettqilna xogħol idejna, w ifdi dak li bnejna.
F'dan iż-żmien ta' bidliet, af li it-triqat jiċparu,
kulhadd jeħtieġ il-kwiet biex jilmaħ x'hemm madwaru.
Flimkien fl-Ewkaristija nixorbu dehen il-Għajn,
w Int tiftħilna mogħdija b'fehma ġewwinija.
Nissieltu għall-ġustizzja, nagħmlu dak li hu sewwa,
ħa nixbħu lill-Missier li jqisna minn ta' ġewwa.
Fiduċja rawwem fina, fl-hemm, fil-waqt tat-tiġrib.
Int li ssallabt għalina b'imħabbtek isqina.