Kliem u mużika: Roderick Vassallo
Quddiemek, o Ġesù Ħanin
Irrid li dejjem inkun.
Għax tinxef il-fergħa tad-dielja u tidbiel
Jekk waħedha mingħajr frott.
Fi ħdanek, o Ġesù Ħanin
Nixtieq li ruħi tgħix mill-ġdid
Inti d-dielja, aħna l-friegħi u mingħajrek Mulej
Mingħajrek, m’aħna xejn!
Inti l-kenn, is-sur; inti l-ħajja
Inti d-dawl, il-ferħ; inti l-ħniena (x2)
Inti Qalb il-Maħbub (x2).
F’imħabbtek o Ġesù Ħanin
Irrid li ħajti tibqa’ u tkun
Kif ħabbek Missierek, hekk ħábbejtna ukoll
Tlaqt kollox, tajtna ħajtek.
Inti kbir Mulej
Għaliex fiċ-ċokon tiegħi issejjaħli
Bin Qalbek, bin Qalbek...