Tina Qalbek

Tina Qalbek, Mulej.mp3

Tina Qalbek, Mulej

Kliem: René Micallef sj, fuq talba ta’ San Klawdju La Colombière, u Għanja 8, 6

Kemm il-darba il-biża jimlilna qlubna

U jibdilhom fi qlub ġeblija.

Mulej Alla, x’sejjer tagħmel biex tirbaħna mill-ġdid

U tagħtina qlub li jagħdru, qlub li jdellu bit-tjubija.

Tina ‘l Qalbek, Ġesù, dik qalbek ħanina!

Ejja, Qalb li tiġbdilna ‘l qlubna!

Poġġi qalbek, ja Mulejja, hemm fil-qalba tal-qlub

U kebbisna bil-ħuġġieġa ta’imħabbtek ġewwa fina.

Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq dirgħajna,

U agħfasna fuq qalbek, fuq dirgħajk.

Għax il-qawwa tal-imħabba m’hemmx x’iżommha,

Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.

Kattar fina l-imħabba għall-bnedmin ħutna.

Ħalli ngħożżu lil min hu mwarrab,

Min hu waħdu, min hu mnikket, min ibati bil-ġuħ,

Min hu mtarraf minn pajjiżu, min ġo sodda qed jitkarrab.

F’qalb il-fqajjar insibu l-preżenza tiegħek

U fi ħbiebek inħobbu lilek.

B’dik il-qawwa, b’dik il-ħeġġa, u b’dik l-intensità

Li biha ngħożżuk, agħtina illi nħaddnu wkoll lil ħutek.

Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq dirgħajna,

U agħfasna fuq qalbek, fuq dirgħajk.

Għax il-qawwa tal-imħabba m’hemmx x’iżommha,

Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.

(Strumentali)

Għammar fija, fis-satra, bl-Ispirtu tiegħek

Sabiex tħabbat, dil-qalb, ma’ Qalbek.

Fik ħa’ nibqa’, ħalli ħajti inqattagħha għalik,

Sabiex miegħek ngħix għal dejjem, u ma’ħbiebek, ġewwa darek.

Kun bħal siġill, fuq qlubna, fuq dirgħajna,

U agħfasna fuq qalbek, fuq dirgħajk.

Għax il-qawwa tal-imħabba m’hemmx x’iżommha,

Hija tisboq saħansitra ‘il-mewt.