Bħas-sebħ ifiġġ dawlek
René Micallef
Int ibni int tgħid li tħobbni, li kuljum tfittex mogħdijieti,
Tagħmel ta' rasek u taħseb li qed togħġob lill-Mulej.
Ħoll il-ħbula tal-ħażen, qatta l-irbit tal-madmad, eħles lill-maħqurin.
Imbagħad bħas-sebħ ifiġġ dawlek, u malajr jiġi l-fejqan tiegħek;
jimxi quddiemek is-sewwa u warajk sebħ il-Mulej.
Itma' lil ħuk imġewwaħ, lil ta' bla dar, kenninhom, libbes lill-imċerċrin.
Imbagħad tassew u għal dejjem il-Mulej imexxik minn idek.
Imqar fix-xagħri int tixba', b'saħħa w qawwa hu jimlik.
Meta trażżan ilsienek u tistmell l-inġustizzja, jiddi dawlek fid-dlam, jiddi dawlek fid-dlam.