Għanja ġdida fil-ġemgħa tal-Mulej - Salm 149

Ghanja gdida fil-gemgha tal-Mulej - Salm 149.mp3

Għanja ġdida fil-ġemgħa tal-Mulej - Salm 149

R. Kantaw lill-Mulej għanja ġdida,

fil-ġemgħa ta' ħbiebu foħritu,

O Israel thenna b'min ħalqek,

ja wild Sijon, itpaxxa b'Sultanek.

Ħa jfaħħar biż-żfin l-isem tiegħu,

bid-daqq tat-tambur u taċ-ċetra!

Għax b'niesu jitgħaxxaq Mulejna,

il-fqajjar isebbaħ bir-rebħa. /R.

Jinfexxu ħbieb Alla jtuh glorja

u jaqbżu ferħana fuq friexhom!

Mogħnija b'foħritu fuq fommhom,

bi sjuf b'żewgt ixfar ġo idejhom. /R.

Se jfitxu mill-ġnus jieħdu ħlashom,

lis-slaten jorbtulhom bil-ktajjen,

b'irbit tal-ħadid lis-setgħana,

hekk jagħmlu il-ħaqq minn ġens ħajjen.

Dan hu ġieħ għall-ħbieb tal-Mulej,

Hallelujah! Hallelujah!,

Dan hu ġieħ għal ħbieb tal-Mulej,

Hallelujah!, Hallelujah!