Kliem: Josef Briffa
Mużika: René Micallef, Roderick Vassallo
Missier tas-sema, ngħannilek għanja rrid,
Naħseb fik, qalbi bil-ferħ tfur.
Misser Qaddis, ma’ l-anġli rrid ngħannilek
Għax int missieri, u qalbi lejk iddur,
Għax int missieri, u qalbi lejk iddur.
Iben Waħdieni, b’salibek lili_erfajt
Int ħaddantni miegħek, u ruħi bis-sliem tfur.
O Iben Qaddis, ma’ l-anġli rrid ngħannilek
Għax inti ħija, u ruħi lejk iddur,
Għax inti ħija, u ruħi lejk iddur.
Spirtu Setgħani, li tqanqal qalb l-ulied,
Kull met’int tħeġġigni, jien bl-imħabba nfur.
O Spirtu Qaddis, ma’ l-anġli rrid ngħannilek
Għax int qdusija, u jiena lejk indur,
Għax int qdusija, u jiena lejk indur.
U jekk il-ħajja nixtieq li nsib,
Lejn il-Missier, lejn Ibnu il-maħbub,
U lejn Ruħ il-Qodos indur.
Lejn Alla Wieħed indur.