Lejk Nerfa´ Ruħi - Salm 25 (24)

Lejk nerfa´ ruhi.mp3

Lejk nerfa' ruħi (Salm 25)

Mulej Alla tiegħi, lejk nerfa' ruħi jien,

Fik biss jien nittama, fik qalbi ssib is-sliem,

Is-sliem li ma nfiehemx fi kliem.

Urini il-mogħdija li fiha tterraq int,

Biss meta nsir nafha naraf naħrab is-sqaqien.

Jien tfajjel fuq ħoġrok, għallimni s-sewwa tiegħek,

ħeġġiġni, Mulej, ħellies tiegħi.

Għalik nixxennaq tul il-jum, it-tama' tiegħi fik.

Fawwartni bit-tjiebu w l-imħabba tul is-snin,

F'dirgħajk imberrħa nsib mistrieħ.

Tassew li jiena midneb, li milt lejn it-telfien,

Biss meta ddur lejna, la tqisnix ta' dak li jien.

Agħdrini w dellilni, arani f'dawl tjubitek

Li xxejjen għal kollox dnubieti.

Jahweh imfawwar f'tjieba u ħaqq, Iill-ħatja ma jistmellx,

Imawwar fi triqtu l-imsejkna u l-fqajrin

F'ġieħ ismu jaħfer lil ħatjin.

Ta' dawk li lilu jweġġħu hu midħla il-Mulej,

Minn xibket il-għadu jeħilsilhom ir-riġlejn.

Kull demgħa f'għajnejhom jimsħilhom b'idu ħelwa

U l-hena u s-sebħ ikattrilhom.

René Mario Micallef