R. Micallef (Attrib. S. Injazju)
Mulej, għallimni nkun ġeneruż :
Naqdik kif jistħoqqlok,
Nagħti bla ma nqis kemm jiswieli,
Nissielet bla ma nagħti kas tal-ġrieħi,
Nitħabat bla ma nfittex il-mistrieħ,
Naħdem bla ma nistenna ebda ħlas
Għajr li nkun naf li qed naghmel ir-rieda tiegħek.