Kif nibni Presepju Malti
Kif nibni Presepju Malti
15 ta’ Novembru 2024
Dalgħodu s-Sur Ġovann Cassar, President tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, Għawdex, ġie jkellem u jagħmel dimostrazzjoni lill-istudenti tal-Form 1 (Sena 7) dwar kif wieħed għandu jibni presepju b’materjal riċiklat. Huwa ħeġġeġ lill-istudenti biex fost il-ħafna tiżjin tal-Milied, ikun hemm ukoll il-presepju.