10. World Telecommunication and Information Society Day

Il-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni

Il-Jum Dinji tat-Telekomunikazzjoni jiġi ċċelebrat nhar is-17 ta’ Mejju u twaqqaf mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-riżoluzzjoni sabiex tiġi ċċelebrata din il-ġurnata ttieħdet mill-Ġnus Magħquda wara s-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informatika li sar f’Tunis fis-sena 2005.

It-tema li ntgħażlet għal din is-sena hija Big Data for Big Impact. Fi kliem sempliċi, it-tema qed tistedinna sabiex nirriflettu fuq il-mod kif it-tagħrif li jaslilna permezz tal-mezzi tat-telekomunikazzjoni jħallu impatt qawwi fuqna u fuq ta’ madwarna.

Hawnhekk fl-iskola tagħna, bħala parti mill-kors tal-Istudji Soċjali, għandha taqsima importanti dwar il-Midja li għaliha għandna lezzjoni fil-ġimgħa ddedikata għaliha. Permezz ta’ din il-lezzjoni, aħna l-istudenti tal-Form 2 qed insiru nifhmu aktar liema huma l-mezzi tat-telekomunikazzjoni u kemm huma meħtieġa fid-dinja tal-lum. Jalla ċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum tkompli tgħin lilna l-istudenti sabiex nagħmlu l-aħjar użu minn dawn il-mezzi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna.

Messaġġ li nqara minn Christian Attard (Form 2 Yellow) u Justin Attard (Form 2 White) lill-istudenti waqt l-Assembly ta’ filgħodu.

Project done by Media and Library Lessons - Form 2 (Year 8)