A - Jum Dun Karm Psaila 2018

F’Ottubru ta’ kull sena nfakkru żewġ anniversarji tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm: it-twelid tiegħu fit-18 tax-xahar u fit-13 infakkru mewtu.

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2018 saret ċerimonja fil-grawnd tal-iskola waqt il-laqgħa ta’ filgħodu biex nikkommemoraw is-57 anniversarju mill-mewt tal-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila u l-147 sena minn twelidu. Xi studenti qraw ħsieb qasir dwar Dun Karm Psaila kif ukoll xi poeżiji minn tiegħu. Fl-aħħar tkanta l-Innu Malti u ttellgħet il-bandiera Maltija.

F’dan l-istess jum, l-istudenti tal-Form 1 u Form 2 kellhom taħdita mirquma u dettaljata mis-Sur Francesco Pio Attard li permezz ta’ PowerPoint għen lill-istudenti jifhmu l-kobor ta’ dan il-personaġġ.