K - 25 sena mill-mewt tal-poeta Ġorġ Pisani

It-Tnejn, 26 ta’ Frar, 2024. 

F’dan il-jum u matul il-ġimgħa kollha, l-iskola sellmet il-memorja tal-poeta Ġorġ Pisani (1909 - 1999) mir-Rabat, Għawdex, f’għeluq il-25 sena minn mewtu

(24 ta' Frar 2024). Huwa jitqies bħala ġgant tal-letteratura Maltija. Kiteb diversi poeżiji kif ukoll drammi, rumanzi u leġġendi.