H - 2018 Winter Olympics - ILS Project

F’dawn l-aħħar ġimgħat, aħna l-istudenti tal-Form 1 u 2 għamilna proġett dwar l-Olimpjadi tax-Xitwa li ser jibdew nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar u jispiċaw il-Ħadd, 25 ta’ Frar fil-belt ta’ Pyeongchang, fil-Korea t’Isfel.

Malta, flimkien ma’ pajjiżi oħra, se tkun irrappreżentata mill-atleta ta’ 26 sena, Elise Pellegrin fejn se tieħu sehem f’żewġ kategoriji, fil-Giant Slalom u fis-Slalom li huma parti mill-alpine snowboarding.

F’dan il-proġett, waqt li aħna wżajna l-erba’ ħiliet tal-lingwa, jiġifieri s-smigħ, it-taħdit, il-qari u l-kitba, aħna tgħallimna li l-bnedmin għandhom bżonn jieħdu sehem fl-Isports biex isiru aktar b’saħħithom. Tgħallimna wkoll li Pierre de Coubertin, il-fundatur tal-Logħob Olimpiku Modern kien jgħid, ‘L-importanti fil-Logħob Olimpiku mhux li tirbaħ, iżda li tieħu sehem’.

J’Alla aħna, waqt il-logħob li jkollna, inżommu dejjem dan il-motto f’moħħna u f’qalbna.

Messaġġ li nqara waqt l-assembly ta' filgħodu minn

Guzeppi Formosa (Form 1 White)

WINNERS of the 2018 Winter Olympics (ILS Project)

Year 7 (F1 Green)

1st – Jake Farrugia; 2nd – Saviour Portelli; 3rd – Jake Liam Magro

Year 7 (F1 White)

1st – Jeremy Curmi, Alex Vella MusKat; 2nd – Kyle Lupi; 3rd – Simon A. Mizzi

Year 7 (F1 Yellow)

1st – Jake Attard; 2nd – Tyler Theuma Scerri; 3rd – Michael Refalo

________________________________________________________________________________________________________________________________

Year 8 (F1 Green)

1st – Alistair Borg, Gabor Farrugia; 2nd – Francesco Saliba; 3rd – Ġorġ Mizzi

Year 8 (F1 White)

1st – Nicholas Grech, Neil Said; 2nd – Nesime De Battista, Simon Zammit; 3rd – Albert Lauren Agius

Year 8 (F1 Yellow)

1st – Kristen Vella; 2nd – Jerome Attard; 3rd – John Paul Cutajar

posted on February 6, 2018