G - Kompetizzjoni Annwali tal-Presepji

Preżentazzjoni ta’ ċertifikati, flimkien ma’ rigali, lill-istudenti li ħadu sehem fil-kompetizzjoni annwali tal-presepji.

Grazzi lill-ġurija minn dawn id-dipartimenti:

Art, Design and Technology, Graphical Communication.

_____________________________

“Il-presepju huwa bħal Vanġelu ħaj, ħiereġ mill-paġni tal-Iskrittura Mqaddsa.

Huwa tabilħaqq taħriġ ta’ fantasija kreattiva, li jinqeda bl-akbar firxa ta’ materjali biex jagħti l-ħajja lil kapulavuri ċkejkna ta’ ġmiel. Nitgħallmuh minn meta nkunu tfal: meta l-missier u l-omm, flimkien man-nanniet, jgħaddulna din id-drawwa ferrieħa, li tiġbor fiha spiritwalità popolari mill-aktar għanja. Nawgura li din il-prattika qatt ma tonqos; anzi, nittama li, hemm fejn ma baqgħetx tinżamm, jerġgħu jiskopruha u jagħtuha l-ħajja . . .

Mhux importanti kif narmaw il-presepju, jista’ jkun dejjem l-istess jew jinbidel kull sena; dak li jgħodd hu li dan ikellem lil ħajjitna. Kull fejn ikun, u jkun f’liema għamla jkun, il-presepju jirrakkonta l-imħabba ta’ Alla, Alla li sar tarbija biex jgħidilna kemm hu qrib ta’ kull bniedem, hi x’inhi l-qagħda li fiha dan jinsab.”

Parti mid-diskors tal-Papa Franġisku, Greccio, fis-Santwarju tal-Presepju,

fl-1 ta’ Diċembru 2019.