A - Jum Dun Karm Psaila - 18 ta' Ottubru 2017

F’Ottubru ta’ kull sena nfakkru żewġ anniversarji tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm: it-twelid tiegħu fit-18 tax-xahar u fit-13 infakkru mewtu.

Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru 2017 saret ċerimonja fil-grawnd tal-iskola waqt il-laqgħa ta’ filgħodu biex nikkommemoraw il-56 anniversarju mill-mewt tal-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila u l-146 sena minn twelidu. Xi studenti qraw ħsieb qasir dwar Dun Karm Psaila kif ukoll xi poeżiji minn tiegħu. Fl-aħħar tkanta l-Innu Malti u ttellgħet il-bandiera Maltija.

F’dan il-jum stess l-istudenti tas-7 u t-8 sena kellhom taħdita mirquma u dettaljata mis-Sur Carm Cachia li permezz ta’ PowerPoint għen lill-istudenti jifhmu l-kobor ta’ dan il-personaġġ.

Jum Dun Karm Psaila 18 ta’ Ottubru 2017