11 - World Biodiversity Day 2017

In-Nazzjonijiet Uniti pproklamat il-ġurnata tat-22 ta’ Mejju bħala l-Jum Internazzjonali għad-Diversità Bijoloġika (jew il-Jum Dinji tal-Bijodiversità), sabiex tippromwovi u tkabbar l-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ bijodiversità. It-tema għal Jum Internazzjonali ta’ din is-sena dwar id-Diversità Bijoloġika hija “Il-Bijodiversità u t-Turiżmu Sostenibbli”.

It-Turiżmu Sostenibbli huwa l-kunċett ta’ kif wieħed iżur post bħala turist u jipprova jagħmel biss impatt pożittiv fuq l-ambjent, is-soċjetà u l-ekonomija ta’ dak il-post. Hekk kif aktar reġjuni u pajjiżi qed jiżviluppaw l-industrija tat-turiżmu tagħhom, dan qed iħalli impatti sinifikanti fuq ir-riżorsi naturali, ix-xejriet ta’ konsum, it-tniġġis u s-sistemi soċjali. Għalhekk il-ħtieġa għall-ippjanar u l-ġestjoni sostenibbli hija importanti biex l-industrija tat-turiżmu tkun sostenibbli u ma tagħmilx ħsara. Per eżempju familja medja tuża madwar 326 litru ta’ ilma kuljum filwaqt li f’lukanda lussuża jintużaw 1800 litru ta’ ilma għal kull persuna kull lejl. Għalhekk, biex ikollna turiżmu sostenibbli, kull min hu nvolut f’din l-industrija irid jagħti każ tal-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Il-kisba ta’ turiżmu sostenibbli huwa proċess kontinwu u dan jirrikjedi moniteraġġ kostanti tal-impatti kif ukoll introduzzjoni ta’ miżuri preventivi u korrettivi kull fejn ikun hemm bżonn.

Messaġġ li nqara minn Simon Rapa u Simon Zammit (Form 1 Yellow) lill-istudenti waqt l-Assembly ta’ filgħodu.

Project done by Ecology and Library Lessons - Form 1 (Year 7)