Kif nibni Presepju Malti

10 ta’ Novembru 2023

Dalgħodu s-Sur Ġovann Cassar, President tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, Għawdex, ġie jkellem u jagħmel dimostrazzjoni lill-istudenti tal-Form 1 (Sena 7) dwar kif wieħed għandu jibni presepju b’materjal riċiklat. Huwa ħeġġeġ lill-istudenti biex fost il-ħafna tiżjin tal-Milied, ikun hemm ukoll il-presepju, b’mod speċjali din is-sena fejn qed jiġi ċċelebrat it-800 sena minn meta San Franġisk t’Assisi ġabar il-bdiewa u r-rgħajja fqajrin li kienu jgħixu qrib l-għolja ta’ Greccio u għamel l-ewwel presepju ħaj.