San Gaetano in Music & Poetry

From Malta:

There is quite a number of hymns and poems written and composed by Maltese in honour of San Gejtanu. Some of the hymns are used for the feast by one band club or the other. Some compositions have anonymous lyrics and in other cases no music has been set to some of the poems.

Lil San Gejtanu ta' Dun Frans Camilleri

Minix se nfahhrek le, Gejtanu taghna,

Jew nghid f'dal-jum ghaziz, kemm inqimuk.

X'jiswa t-tifhir li ntuk, ghalfejn tismaghna

Nghidulek biss b'xofftejna li nhobbuk!

Inti ftaqart ghax ridt. U ahna ghall-ghana

Nixxenqu bla mistrieh; daqshekk nixbhuk?

Inti batejt, tghakkist. U lilna arana

Infittxu l-pjacir biss… X'tifhir naghtuk!

Ghaliex habbejt lil Alla, irhejt it-tama

Fil-hniena Tieghu biss; bis-salib

Bhal Kristu fraht u wrejtna t-triq tas-Sewwa.

U ahna wara l-flus nigru fil-ghama

U nwarrbu 'l Alla u naqghu fit-tigrib

Ghax nibzghu mis-salib u nfittxu l-hlewwa.

Lil San Gejtanu Ta' Tiene ta' Karmenu Vassallo

Quddiemek kellek zewg triqat. Sabiha

Il-wahda ghax ta' gid - alla tat-torox,

Tal-ghomja wil-qlub iebsa - li bil-fwieha

Tieghu joghxew u jsiru dbejjeb horox.

Qalila l-ohra ghax ta' cahda u faqar

Ghall-gisem fejn titbennen ruh ta' safa -

Ruh li tehfief aktar ma dak jinhaqar,

W aktar 'il fuq f'gisem magkhus tintrafa'.

Ghaqli u qalbieni, inti gidek hraqtu.

Kif kien l-ahjar haruf tal-merhla tieghu

Jahraq Abel lil Alla. L-ghana shaqtu

F'hobz ghall-fqajrin u Kristu ghannqek Mieghu.

Int li - ghax ridt - ftaqart, fis-sew staghnejt.

Min halqek qaddsek ghax Ghalih inhlejt.

Lil San Gejtanu ta' Dun Frans Camilleri

Fittxu fuq kollox is-Saltna tas-Sema,

Triq il-Mulej bid-dawl u s-sliem moghnija;

Thallux go mohhkom hsieb dil-art jinhema':

Fittxu 'l Mulej… u jahseb Hu ghall-bqija.

Hekk qal Gesù: Gejtanu Mqaddes sema'

Dis-sejha kollha gherf, kollha qdusija,

Warajh kull gid, kull gieh tad-dinja rema

Biex bhalu jghix fil-faqar fit-tbatija.

U hareg qalb il-foqra b'dik l-imhabba

Li thenn u tixtieq tghin lin-nies mahqura

Bil-qalb li thobb tassew ghax mhix imtabbgha.

U f'daru ghammar Alla, ghalkemm fqira,

Ghax Huwa jara l-qalb u r-ruh migbura:

Gejtanu ruhu mzejna u qalbu kbira!

Lil San Gejtanu Ta' Tiene ta' Dun Karm Psaila (Poeta Nazzjonali)

Qieghdet fuq gbinek l-oghla bews l-imhabba,

Hekk kif ghall-hajja nfethu hbub ghajnejk,

L-isbah ward li fix-xemx t'April jitrabba

zejjen il-bjuda fejn serraht haddejk.

Xejn ma ncahadlek kull ma' l-qalb ixabba',

Malli ssawret il-kelma fuq xofftejk:

Kull ma seta' fil-ghajn tan-nies itabba'

Il-gieh ta' nislek qatt ma resaq lejk.

Izda kif fetah maz-zghozija hsiebek,

Gharaft il-frugha li tlellex bla dewma

U l-fqar u l-imsejknin ghazilt bi hbiebek.

Ftaqart ghax ridt: qalbieni fit-tigrib,

Ilqajt id-dnewwa minghajr l-ebda lewma

U, bhal Gesù, xtaqt tmut fuq is-Salib.

'L Hemm Mill-Kampnari ta' Dun Frans Camilleri

X'hin jisktu l-hsejjes kollha, fil-ghaxija,

Fit-triq il-kbira tal-Hamrun, imgenna,

Kemm hu sabih tistrieh fil-gallerija

Mnejn tara, f'dak is-skiet, dehra tal-genna.

F'nofs sema kwiekeb, milqutin mid-dija,

Jidhru l-kampnari sbieh; u l-qalb tithenna,

Bla taf ghaliex, f'did-dehra ta' sbuhija

U thossha ttir bil-ferh f'holma ta' benna.

Le, naf ghaliex: mhux il-kampnari taghna

Nilmhu bil-lejl, imma d-dirghajn hanina

Li jerfa' 'l fuq Gejtanu lejn is-sema.

Biex qalbna thobb lil Alla u bih tistaghna,

Qaddis hanin, zomm idejk hekk ghalina:

Int kbir fis-sema u fl-art: talbek jinstema'.

Lil San Gejtanu ta' Dun Frans Camilleri

Tatek id-dinja li thobb hi: il-ghana

U l-gieh li ma tlabthiex qieghdet quddiemek

Biex tisraq qalbek u tkun hi s-sultana

Ta' hsiebek, ta' xewqatek u ta' sliemek.

Izd'int reggajtha lura u chadt lil gidha

Biex taghti ruhek 'l Alla. Fix-xejn tieghek

Irhejt kull tama fih… u fit-taqbida

Li qanqlet biex tifnik Hu waqaf mieghek.

Min libbes l-isbah gmiel lill-gilji, u tema'

'l-ghasafar kollha, mhux sa jinsa l-hniena

Max-Xbieha tieghu u l-ikbar, 'l hawn mis-sema,

Fl-eghgubijiet ta' Min halaqna u fdiena.

Ghax emmint dan, Alla ma naqsek f'xejn:

U tak, flok gid id-dinja, lill-Feddej.

Lil San Gejtanu ta' Anton Buttigieg

Bil-hsieb ta' Missier twajjeb, imexxi Alla l-holqien;

Bla hsieb, bla xoghol il-hlejjaq, jghannulu lkoll flimkien.

Ghallimna kif Gejtanu, Hu jghajjex lilna wkoll

Ghax ahna ulied Ibnu, b'Demmu mifdija lkoll.

Il-qawwa ta' Luteru, inti felhan kissirt,

U l-fidi mqaddsa ta' Alla, bla serh inti fissirt;

Ghallimt li l-Knisja hi wahda, kull waqt u kullimkien,

Ghax rabta wahda torbot, l-Insara lkoll flimkien.

Ghat-tul ta' erbghin siegha, mixhut ghal wiccek fl-art,

Tajt qima 'l Gesu' fl-Ostja, f'hena ta' dawl u ward.

Ghax l-ghaxqa li troxx minnu, tpaxxi l-gisem u r-ruh

Kull bniedem biha mseddaq, qatt jitlef, qatt mirbuh.

Xi hlewwa f'dak ilsienek, x'kobor ta' hsibijiet,

X'imhabba gewwa qalbek, u tama fis-smewwiet.

Bhal xempju ta' qdusija, Gejtanu dhert fiz-zmien;

Hallina lkoll ninsgulek, ghanja ta' ferh flimkien.

Innu Popolari Lil San Gejtanu Versi: Dun Frans Camilleri; Muzika: Anton Muscat Azzopardi

Xerrdu l-ferh minn qlubkom hienja Kbar u zghazagh u ckejknin

F'dan il-jum sabih ta' festa Ma' Gejtanu maghqudin.

*O Gejtanu, ibqa' maghna, Biex tghallimna lkoll nixbhuk

Fil-qdusija u fl-imhabba O missier ahna nhobbuk.

Int habbejt fuq kollox 'l AllaU batejt bil-qalb ghalih.

Qalb il-faqar u t-tbatija Liema tama kellek fih:

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Lilu qdejt bi mhabbtek kollha Bl-gherf u l-hegga fost l-erwieh

Lilu xtaqt mahbub mill-kotra, Hdimt ghalih bla taf mistrieh.

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Int sahhaht il-Knisja Tieghu, Ta' l-ghedewwa l-qerq irbaht,

Ma' Gesù fl-Ewkaristija Bl-ohla mhabba l-qalb ressaqt.

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Int habbejt bi kliem tas-sema Taghti d-dawl lill-midinbin

Int ressaqthom lejn is-sema U habbewk, Missier hanin.

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Qalb il-foqra, qalb il-morda, Xhett il-hena tas-smewwiet,

Imlejt qalbhom b'dawl il-farag, B'sabar kbir u bit-tamiet.

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Kemm hi helwa l-ghaqda m'Alla Fit-tbatija, fit-tigrib!

Fi hlewwiet l-imrar jinbidel, F'hena u farag is-salib.

*O Gejtanu, ibqa' maghna,

Kantata Lil San Gejtanu

Din hija l-poezija tar-raba' Kantata f'gieh San Gejtanu misjuba fl-Arkivju Muzikali tal-Ghaqda. Hija xoghol il-poeta Dun Frans Camilleri. Giet immuzikata minn Mro. Joseph Abela Scolaro u nstemghet ghall-ewwel darba fl-1947, meta tfakkar ir-raba' centinarju mill-mewt ta' San Gejtanu.

Insellmu, inqimu Bil-hlewwa, b'imhabba U nfahhru 'l Gejtanu.

U nqimu u nbierku Lil Alla li zejnu Bil-kobor ta' hdanu.

Tfewwah dil-art bil-gilji Li jsebbhu kullimkien

Bi lbies ta' gmiel u bjuda Fil-gonna, fil-widien.

U jghannu lkoll l-ghasafar Bl-ilwien ta' ward sabih;

B'lehenhom 'il Alla jfahhru Bil-qalb mitlufa fih.

Ghax Hu jhobbhom bil-gmiel izejjinhom Biex ighallimhom ilkoll ihobbuh

B'dik il-hlewwa lkoll ihobbuh Hu jismaghhom kull hin ifahhruh.

Te Deum Laudamus, ecc.

Bhall-warda li qed tiftah, Li tarmi l-gmiel u l-fwieha,

Twelidt, Gejtanu Mqaddes U rmejt dija sabiha

Ta' gherf u ta' qdusija Ta' hniena, ferh u mhabba

Fid-dinja kollha frugha, Bil-qerq u l-htija mtabbgha.

B'dik il-hegga biex tghallem is-Sewwa, Biex ixxerred Saltnatu fuq l-art,

O Gejtanu, ghallimna biex bhalek Naghtuh qima kif Lilu fahhart.

Xi hlewwa hewwa mhabbtek Biex taqdi lill-Mulej,

Biex trodd 'il bnedmin kollha Fi hdan Gesu' Feddej!

Oh liema hegga qalbek Mal-morda, mal-fqajrin!

Xi kliem hanin fuq fommok Fil-qlub tal-midinbin!

Bhal Gesu', biex tgahllimna t-tbatija Hrabt il-ghana u fil-faqar inhbejt.

B'dik il-qalb li taf thenn u taf taghder Int lill-foqra, Gejtanu, habbejt.

Helwa t-tghannieqa m'Alla. B'tama qawwija fiH!

Imbierek int, Gejtanu, F'imhabbtu biss mistrieh!

Quddiemek Gesu' Ostja, Li xtaqtu dejjem hdejk,

Mis-Sema nizel Tfajjel Bil-hlewwa fuq idejk.

B'dik il-hlewwa go hdanek ilqaghna Lilna kollha, O Gejtanu mahbub!

Zommna mieghek, f'dil-ghaxqa ta' mhabba, F'din il-barka li tigbor il-qlub!

From Italy:

Brought to Malta by the Theatine fathers in 1981 on the occasion of the first centenary of the San Gejtanu parish church of Hamrun.

Italy - Parma:

Milanta Evil Merodac, composer

"La morte di San Gaetano", (The death of San Gaetano)1702. A sacred oratorio composed to be sung in the church of “San Pietro di Cento” in the octave of the Saint’s feast.

From South America:

HIMNO A SAN CAYETANO

Padre glorioso, San Cayetano traigo en mis manos mi corazon,

con la esperanza y la confianza abro mi alma con mi oracion.

San Cayetano danos la paz danos trabajo, danos el pan.

Siempre vivamos en alegria en la justicia y en el amor.

Cuando en mi alma sienta tristeza, cuando mi alma sienta dolor,

dame paciencia, dame tu fuerza, ayudame mi protector.

Muestrame siempre, San Cayetano, al Nino Dios, mi Salvador,

que en su mirada vea el amor y en sus bracitos, paz y union.

Siempre tu fuiste, San Cayetano, desde el cielo, mi protector,

no me olvides en esta vida, dame siempre tu bendicion.