Gwanni Pawlu II

Talba biex jinqalgħu grazzji bl-interċessjoni tal-

Beatu Ġwanni Pawlu II, Papa

Trinità Qaddisa, nirringrazzjawk talli għanejt lill-Knisja bil-Beatu Ġwanni Pawlu II u talli ippermettejt li l-ħarsien ħanin tiegħek ta’ Missier, il-glorja tas-Salib ta’ Kristu, u l-kobor tal-Ispirtu tal-imħabba, jiddu permezz tiegħu. Hu, bil-fiduċja sħiħa li kellu fil-ħniena bla tarf tiegħek u fl-interċessjoni materna ta’ Marija, tana xbieha ħajja ta’ Ġesù r-Ragħaj it-tajjeb u wriena li l-qdusija hija l-aqwa kejl tal-ħajja nisranija ta’ kuljum li hija t-triq li twassalna biex ningħaqdu miegħek għal dejjem. Agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, u skont ir-rieda tiegħek, il-grazzja li nitolbuk, bit-tama li ma jdumx ma jkun magħdud fost il-qaddisin tiegħek. Ammen.

Bl-approvazzjoni tal-knisja

AGOSTINO CARD. VALLINI

Vigarju Ġenerali tal-Qdusija Tiegħu

għad-Djoċesi ta’ Ruma

Min jaqla’ xi grazzja għandu jagħarraf lil:

Postulazione della Causa di Canonizzazione

del Beato Giovanni Paolo II

Piazza S. Giovanni in Laterano, 6/a - 00184 Roma

Foto Grzegorz Gałązka

WebRep

Overall rating