Talb

IS-SINJAL TAS-SALIB

Fl-Isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Ammen.

IL-MISSIERNA

Missierna li inti fis-Smewwiet,

jitqaddes Ismek,

tiġi saltnatek,

ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum,

aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,

u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.

Is-SLIEMA GĦALIK, MARIJA

Sliema għalik, Marija,

bil-grazzja mimlija.

Il-Mulej miegħek,

imbierka inti fost in-nisa,

u mbierek il-frott

tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija,

Omm Alla,

itlob għalina, midinbin, issa,

u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen

Il-GLORJA

Glorja lill-Missier,

u lill-Iben,

u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu,

issa

u dejjem,

u jibqa' għal dejjem ta' dejjem.

Ammen.

IL-KREDU TA' l-APPOSTLI

Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art;

u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilat, sallbuh, miet u difnuh;

niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;

tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox; minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; l-Knisja Mqaddsa Kattolika, x-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawma ta’ l-imwiet; il-ħajja ta’ dejjem. Ammen

L-ANGELUS

L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija:

U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen

Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:

Ikun minni skond kelmtek.

Sliema għalik, Marija, .........

U l-Iben t’Alla sar bniedem:

U għammar fostna.

Sliema għalik, Marija, .........

Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla:

Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu:

Xerred, Mulej, fi qlubna il-grazzja tiegħek biex aħna, li bit-tħabbira ta’ l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna.

Ammen.

Talba lill-Anġlu Kustodju

Anġlu t’Alla, li fi-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dm il-jum. Ammen.

Talba lil San Mikiel Arkanġlu

San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida. Kun int il-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju: irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. U inti, l-aqwa fost il-qtajja tas-Sema, itfa' bil-qawwa t’Alla fl-qiegħ tal-infern lix-xitan, u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ. Ammen.

TALBA LIL SAN ĠUŻEPP

O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama kbira nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara l-patroċinju tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.

Mela f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, O Missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja, ieqaf magħna mis-smewwiet, f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna; u kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa ddefendi l-Knisja Mqaddsa t’Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.

Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta’ dejjem ġewwa l-ġenna. Ammen.

ATT TA' NDIEMA

Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħobija, Muleja, għall-ġenna li tlift u għal-infern li rbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek li inti kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum 'il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb, iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.