Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Alla tagħna, isma t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Marija Santissima, urina li inti ommna: għalik jisma t-talb tagħna, Ġesù li twieled għalina u ried ikun Ibnek bħalna.
O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna eħlisna min-nar ta’ l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment lil dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-ħniena Tiegħek.
IL-MISTERI TAL-FERĦ:
(Jingħadu nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Sibt)
IL-MISTERI TAD-DAWL:
(Jingħadu nhar ta’ Ħamis)
IL-MISTERI TAT-TBATIJA:
(Jingħadu nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa)
IL-MISTERI TAL-GLORJA:
(Jingħadu nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd)
Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen.
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik. Lilek ingħajjtu, għaliex aħna tturufnati, ulied Eva; lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena; u wrina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek. O Ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija. Ammen.
hawnhekk jistgħu jingħadu: “Missierna”, “Sliema Għalik Marija”, u “Glorja”.
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena. Kristu, ħniena
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier Etern Alla. Ħenn għalina
Iben Alla, li fdejt id-dinja. Ħenn għalina
Spirtu Qaddis Alla. Ħenn għalina
Trinità Qaddisa Alla wieħed. Ħenn għalina
Imqaddsa Marija. Itlob għalina
Imqaddsa Omm Alla. Itlob għalina
Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet. Itlob għalina
Omm ta’ Kristu. Itlob għalina
Omm il-Knisja. Itlob għalina
Omm tal-grazzja ta’ Alla. Itlob għalina
Omm l-iżjed safja. Itlob għalina
Omm l-iżjed nadifa. Itlob għalina
Omm u xebba. Itlob għalina
Omm bla tebgħa. Itlob għalina
Omm li tistħoqq l-imħabba. Itlob għalina
Omm ta’ l-għaġeb. Itlob għalina
Omm tal-parir it-tajjeb. Itlob għalina
Omm ta’ min ħalaqna. Itlob għalina
Omm ta’ min salvana. Itlob għalina
Xebba kollok għaqal. Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull qima. Itlob għalina
Xeba li tistħoqq kull foħrija. Itlob għalina
Xebba kollok setgħa. Itlob għalina
Xebba kollok ħniena. Itlob għalina
Xebba dejjem marbuta m’Alla. Itlob għalina
Mera tal-qdusija. Itlob għalina
Tron tal-għerf. Itlob għalina
Bidu tal-ferħ tagħna. Itlob għalina
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu. Itlob għalina
Għamara ta’ kull grazzja. Itlob għalina
Għamara ta’ kull tjieba. Itlob għalina
Warda mistika. Itlob għalina
Torri ta’ David. Itlob għalina
Torri ta’ l-avorju. Itlob għalina
Dar tad-deheb. Itlob għalina
Arka tar-rabta l-ġdida. Itlob għalina
Bieb tas-sema. Itlob għalina
Kewkba ta’ filgħodu. Itlob għalina
Saħħa tal-morda. Itlob għalina
Kenn tal-midinbin. Itlob għalina
Faraġ ta’ l-imnikktin. Itlob għalina
Għajnuna ta’ l-insara. Itlob għalina
Sultana ta’ l-Anġli. Itlob għalina
Sultana tal-Patrijarki. Itlob għalina
Sultana tal-Profeti. Itlob għalina
Sultana ta’ l-Appostli. Itlob għalina
Sultana tal-Martri. Itlob għalina
Sultana tal-Konfessuri. Itlob għalina
Sultana tal-Verġni. Itlob għalina
Sultana tal-Qaddisin kollha. Itlob għalina
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa. Itlob għalina
Sultana mtellgħa s-sema. Itlob għalina
Sultana tar-Rużarju Mqaddes. Itlob għalina
Sultana tal-familja. Itlob għalina
Sultana tal-paċi. Itlob għalina
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Malej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.
Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.
Nitolbu
Għati lilna qaddejja tieghek, Mulej Alla, nitolbuk, li ingawdu dejjem is-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem: u bl-interċessjoni tal-imqaddsa u glorjuża Marija dejjem Verġni, nkunu meħlusin mid-dwejjaq ta’ issa, u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Litaniae Lauretanae
Kyrie, eleison Christe, eleison.
Kyrie, eleison.
Christe, audi nos. Christe, exaudi nos.
Pater de caelis, Deus, miserere nobis.
Fili, Redemptor mundi, Deus, miserere nobis.
Spiritus Sancte Deus, miserere nobis.
Sancta Trinitas, unus Deus, miserere nobis.
Sancta Maria, ora pro nobis
Sancta Dei Genetrix, ora pro nobis
Sancta Virgo virginum, ora pro nobis
Mater Christi, ora pro nobis
Mater Ecclesiae, ora pro nobis
Mater Divinae gratiae, ora pro nobis
Mater purissima, ora pro nobis
Mater castissima, ora pro nobis
Mater inviolata, ora pro nobis
Mater intemerata, ora pro nobis
Mater amabilis, ora pro nobis
Mater admirabilis, ora pro nobis
Mater boni Consilii, ora pro nobis
Mater Creatoris, ora pro nobis
Mater Salvatoris, ora pro nobis
Virgo prudentissima, ora pro nobis
Virgo veneranda, ora pro nobis
Virgo praedicanda, ora pro nobis
Virgo potens, ora pro nobis
Virgo clemens, ora pro nobis
Virgo fidelis, ora pro nobis
Speculum iustitiae, ora pro nobis
Sedes sapientiae, ora pro nobis
Causa nostrae laetitiae, ora pro nobis
Vas spirituale, ora pro nobis
Vas honorabile, ora pro nobis
Vas insigne devotionis, ora pro nobis
Rosa mystica, ora pro nobis
Turris Davidica, ora pro nobis
Turris eburnea, ora pro nobis
Domus aurea, ora pro nobis
Foederis arca, ora pro nobis
Ianua caeli, ora pro nobis
Stella matutina, ora pro nobis
Salus infirmorum, ora pro nobis
Refugium peccatorum, ora pro nobis
Consolatrix afflictorum, ora pro nobis
Auxilium Christianorum, ora pro nobis
Regina Angelorum, ora pro nobis
Regina Patriarcharum, ora pro nobis
Regina Prophetarum, ora pro nobis
Regina Apostolorum, ora pro nobis
Regina Martyrum, ora pro nobis
Regina Confessorum, ora pro nobis
Regina Virginum, ora pro nobis
Regina Sanctorum omnium, ora pro nobis
Regina sine labe originali concepta, ora pro nobis
Regina in caelum assumpta, ora pro nobis
Regina Sanctissimi Rosarii, ora pro nobis
Regina familiae, ora pro nobis
Regina pacis, ora pro nobis
Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, parce nobis, Domine.
Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, exaudi nobis, Domine.
Agnus Dei, qui tollis peccata mundi, miserere nobis.
Ora pro nobis, Sancta Dei Genetrix, Ut digni efficiamur promissionibus Christi.
Oremus.
Concede nos famulos tuos, quaesumus, Domine Deus, perpetua mentis et corporis sanitate gaudere: et gloriosa beatae Mariae semper Virginis intercessione, a praesenti liberari tristitia, et aeterna perfrui laetitia. Per Christum Dominum nostrum.
Amen.