Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Dalgħodu se nibdew billi nisimgħu t-talba li qed jagħmlu dawn iż-żewġ żgħażagħ. Se ningħaqdu magħhom biex it-talba tagħhom issir tagħna wkoll.
“Father, Father, Father, help us. Send some guidance from above 'Cause people got me, got me questioning' Where is the love?” Din kienet it-talba tagħna dalgħodu.
Permezz tal-azzjonijiet tagħna lejn u għall-oħrajn l-imħabba tgħaddi bħala rigal minn ġenerazzjoni għal oħra. L-imħabba ma tħarisx lejn l-ebda razza, sess, status soċjali, twemmin politiku u/jew reliġjuż.
Xi drabi mingħajr ma naħsbu, nippjanaw jew nagħmlu sforz insibu lilna nfusna nużaw il-kapaċitajiet naturali tagħna biex naqsmu l-imħabba ta’ Alla mal-oħrajn, bħal meta nuru qalb twajba ma’ xi ħadd, nisimgħu lil xi ħabib, nagħmlu sagrifiċċju għal tad-dar u nirrispettaw id-dinjità ta’ xulxin. Darba l-Imħabba għażlet maxtura u anke f’dan il-Milied tas-sena 2020 qed terġa’ tagħżel maxtura - il-maxtura ta’ qalbna.
Talba
Missier Alla, int li ħabbjet lid-dinja tant, nitolbuk tagħtina l-għerf u l-kuraġġ biex matul dan il-Milied u dejjem, inxerrdu l-imħabba tiegħek ma’ kulħadd permezz ta’ dak kolllu li naħsbu, ngħidu u nagħmlu. Ammen.
Konklużjoni
Skont il-komunità tal-iskola tiegħek tista’ tispiċċa din l-assembly permezz ta’ dan il-vidjo.