In tune - Within our common home tikkonsisti f’seba’ eżerċizzji għal tfal li jinsabu bejn it-tlieta u t-tminn sena. Dawn l-eżerċizzji jistiednu l-parteċipanti biex jieħdu gost jirrifflettu u jitolbu b’mod kreattiv dwar diversi realtajiet relatati mal-ħolqien. Fosthom, il-ġmiel tal-ħolqien fid-diversità tiegħu, il-ħsara ambjentali u l-bżonnijiet varji ta’ popli differenti madwar id-dinja. B’dan il-mod kreattiv u adattat skont l-etajiet varji, il-parteċipanti flimkien mal-għajnuna tal-edukaturi ser jikbru fl-għarfien u l-apprezzament lejn il-ħajja ta’ kull persuna umana u lejn il-ħolqien kollu li l-pjaneta tagħna tospita.