Pembroke hija waħda mill-aktar bliet ġodda ta’ Malta u ssemmiet hekk fl-1859 għat-tnax-il Earl ta’ Pembroke li kien segretarju Ingliż tal-Gwerra. Pembroke, li għandu medda ta’ art ta’ madwar 2.3m kwadri, imiss ma’ San Ġiljan, is-Swieqi u Baħar iċ-Ċagħaq. Il-popolazzjoni hi ta’ madwar 3000 ruħ.
L-arma ta’ Pembroke tirrifletti l-konnessjoni militari li Pembroke dejjem kellu. Żewġt ixwabel tad-deheb fuq sfond aħmar huma msallba u mdawwra bi tlettax-il torri mibnija mill-GranMastru De Redin.
F’Pembroke, wieħed isib bosta skejjel, kemm statali, privati kif ukoll skola internazzjonali. Pembroke jospita wkoll Resource Centre kif ukoll Ċentru tax-Xjenza.
Postijiet ta’ interess f’Pembroke huma:
L-Arloġġ ta’ Pembroke ġie mibni fis-sena 1903 u jagħmel parti mill-Guard Room l-antika. Huwa l-aktar bini għoli f’Pembroke u ġie rrestawrat fis-sena 1995.
Il-bini tal-Fortizza ta’ Pembroke dam erba’ snin u spiċċa fl-1879. Il-Fortizza kellha żewġ skopijiet fil-qasam tad-difiża, dik li tieħu ħsieb il-ħarsien tal-kosta sal-Port il-Kbir u tiddefendi s-sezzjoni leminija tal-Victoria Lines. Illum, il-Fortizza qed tiġi wżata għal skopijiet edukattivi.
L-ewwel barrakki nbnew viċin il-bajja ta’ San Ġorġ fis-sena 1859, imma aktar blokkijiet inbnew fil-bidu tas-seklu għoxrin u wara li għaddiet it-tieni gwerra dinjija. F’nofs is-snin tmenin, ħafna minn dawn il-barrakki ġew ikkonvertiti f’appartamenti għall-familji Maltin, f’uffiċini u anke f’kumpless turistiku.
It-Torri tal-Madliena jinsab mal-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u nbena fis-sena 1658 mill-GranMastru De Redin. Fis-seklu 19, it-torri ġie mmodifikat mis-servizzi Ingliżi għall-protezzjoni tal-kosta ta’ madwaru kif ukoll biex jassisti l-Victoria Lines għal skopijiet ta’ difiża.
Pembroke is a locality on the coast of Malta forming part of the Northern Region.
The Locality is historically known as a former military base for the British forces throughout the years 1850 and 1979, and is today known as the youngest locality in our country.
The territory of the locality stretches 2.3km2 (0.89 sq mi) and is mostly bound by a rocky coastal area which leads from Saint Julian’s, into Pembroke and towards Bahar Ic-Caghaq.
The Locality became officially known as a distinct and independent locality by means of the Local Councils Act of 1993, which recognized Pembroke as one of the 67 localities in Malta, with each one of those localities having its own Local Council.