Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Bħal dan iż-żmien tas-sena kulħadd jkun qed jaħseb dwar l-imberkin rigali li ser nagħtu jew nirċievu għall-Milied. Nistedinkom biex tqattgħu ftit minuti miegħi naraw dan il-filmat:
Żgur li hawn xi wħud minnkom li jiftakru meta darba rċivew xi rigal stramb jew mhux mistenni u l-espressjonijiet ta’ wiċċhom għamluha ovvja li dak ir-rigal ma ntogħġobx. Xi priedka twila semgħu wara biex minn dak inhar ‘il quddiem ikun x’ikun ir-rigal li jiċievu jgħidu ‘grazzi’ u jilqgħuh bi tbissima. Li tirringrazzja b’qalb sinċiera lil min ikun qed jagħtik rigal huwa sinjal li tirrispetta lil dik il-persuna,i l-ħin u l-enerġija li investiet.
Meta nieħdu ħsieb u nagħmlu użu tajjeb mir-rigali li nirċievu nkunu qed nuru sens ta’ gratitudni u rispett mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-għemil. Alla kontinwament qed jagħtina n-nifs tal-ħajja bħala rigal. Jalla ngħożżu dan ir-rigal u nużawh biex nersqu eqreb tiegħu, tal-oħrajn u tal-ħolqien kollu speċjalment matul dan iż-żmien tal-Avvent.
O Alla, nirringrazzjawk tar-rigal ta’ ħajjtina ankè jekk xi drabi nixtiequ li kienet differenti, nirringrazzjawk ta’ dak kollu li aħna. Għallimna napprezzaw il-kobor ta’ xogħlok fina u magħna. Nitolbuk tfakkarna kontinwament li aħna uniċi, speċjali u perfetti f’għajnejk. Nitolbu li dan il-ħsieb iħeġġiġna biex nuru rispett lejn kull forma ta’ ħajja inkluż dik tagħna. Għinna biex dejjem inħarsu u nipproteġu d-dinjità tagħna, il-passat u l-għeruq tagħna illum u dejjem. Ammen
Ni
żżel dan il-pjan bħala PDF
Nikbru fir-Rispett li Nuru Lejn l-Istorja Tagħna, Lejn il-Ġenerazzjonijiet ta’ Qabilna u l-Għeruq Tagħna.pdf