Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Illum nixtieq nistedinkom biex ssikktu ftit lilkom infuskom u tisimgħu l-kliem ta’ din id-diska:
Kull wieħed u waħda minna jista’ jwieġeb din il-mistoqsija:- “Hemm post f’qalbi?” Aħna kollha mistiedna nieqfu u nagħmlu spazju f’qalbna għal Alla u għal xulxin. Dan huwa l-Avvent. L- Avvent huwa dwar l-interess tagħna li nħejju l-kamra tagħna bl-aħjar mod. Il-kamra ta’ ġewwa tagħna hija l-ġewwieni tagħna, il-qalb tagħna. Iż-żmien tal-Avvent jfakkarna biex nimlew qalbna bit-tama. Ipoġġi fina it-tamagħar-rispett reċiproku u għal ħbiberiji sinċieri ma’ Alla u ma’ xulxin. Tama għal kuntentizza vera, imħabba u ħniena.
Talba
Għażiż Alla, nitolbuk tħeġġiġna u tpoġġi fina x-xewqa li ngħixu dan l-Avvent bis-sens. Agħtina l-kuraġġ biex naċċettaw l-affarijiet li ma nistgħux inbiddlu u l-qawwa biex inbiddlu dawk l-affarijiet li nistgħu nbiddlu. Filwaqt li nirringrazzjawk tal-ġimgħat li ġejjin u li fihom qed tistedinna nippreparaw lilna nfusna u qalbna għalik u għal xulxin, nafdawlek it-tamiet u x-xewqat kollha li għadna.