Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Illum nixtieq nibda billi naqsam magħkom dan il-ħsieb...Min jikber malajr jixjieħ malajr!!! Illum nistedinkom biex tapprezzaw it-tfulija u l-adoloxxenza tagħkom. Fl-20 ta’ Novembru madwar id-dinja ser jkun ċċelebrat ‘Il-Jum Dinji tat-Tfal’. Ser naraw flimkien il-filmat li l-UNICEF għamel is-sena l-oħra għal din iċ-ċelebrazzjoni.
Stieden lill-istudenti sabiex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu dwar dak li raw.
Ħsieb Riflessiv
We are the change!!! Kultant inkunu wisq mitlufin fil-ħajja tagħna u f’ dak li nkunu rridu nagħmlu. Qisu nevitaw li nieqfu u naħsbu. Imma kif qed juruna ż-żgħażagħ li bħalkom ukoll huma tfal ma nistgħux nibqgħu ma jinteressaniex għaliex it-tfal kollha għandhom d-dritt li jgħixu t-tfulija tagħhom, id-dritt għall-bżonnijiet bażiċi u li jgħixu l-ħajja b’dinjità. Ir-rispett li dwaru qed nitkellmu din is-sena jwassalna biex b’rispett naħdmu u nagħtu s-sehem tagħna għal soċjetà u dinja aħjar fejn it-tfal kollha verament jistgħu jiċċelebraw it-tfulija tagħhom.
Talba
Nirringrazzjawk O Alla, għat-tfal kollha ta’ kull età, razza, ġens, nazzjon, sess, twemmin politiku u dak reliġjuż. Nitolbuk tpoġġi x-xewqa f’kulmin jista’ jgħinhom jikbru b’dinjità biex ma jibżax jagħmel din il-missjoni. Agħti lilna l-kuraġġ biex nirbħu fuq l-għażż, l-egoiżmu u l-indifferenza u naħdmu biex il-ħajja u d-dinjità ta’ tfal bħalna tiġi mħarsa.