Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Dalgħodu għall-minuta u 30 sekonda li ġejjin ser nistedinkom tieqfu u tisimgħu dak li għandu xi jgħid dan iż-żagħżugħ.
Joe tkellem magħna fuq kif ġie ispirat biex jibda jiddjaloga ma’ Alla u jikber fil-fidi tiegħu minn dan il-qaddisbl-isem ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew nieħdu ftit sekondi biex naħsbu dwar il-ħsibijiet u l-esperjenza li qasam magħna.
Ħsieb Riflessiv
Wara li rajt, smajt u ħsibt dwar dak li qalilna Joe, ikteb jew pinġi fuq biċċa karta xi ħaġa li tiġi f’ moħħok. Jien pinġejt ġakketa u ser npoġġi din it-tpinġija tiegħi x’imkien fejn tfakkarni biex nlibbes lil kull bniedem b’ġenerożità, solidarjetà, ħlewwa, tama u rispett.
Talba
Missier twajjeb, waqt li qed niċċelebraw il-festa’ ta’ San Martin ta’ Tours nitolbuk biex timla lil qalbna bi spirtu u ħeġġa biex fuq l-eżempju ta’ dan il-qaddis nlibbsu lilna nfusna u lil ħaddieħor b’imħabba bla kundizzjoni, qlub mimlijin ħniena, atti ġenerużi, idejn ħabrieka biex jgħinu fejn jistgħu, kliem ta’ inkoraġġiment u sħiħ.