Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Nittama li kellkom biżżejjed mistrieħ matul dawn il-vaganzi. Dawn il-ġranet li għaddew jfakruna fiz-zewġ toroq tal-ħajja li xi darba irridu nesperjenzaw; it-triq tal-ħajja u tal-mewt. Il-kultura li nirrisperaw il-mejtin qed tikber madwarna, kif ser naraw f’ dan il-klipp:
Staqsi lit-tfal jieqfu għal ftit biex jaħsbu fuq dak li raw.
Ħsieb Riflessiv
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ifakruna fil-valur u l-impatt kbir li l-ħajjitna għandha fuq id-dinja. Ir-ruħ tagħna tibqa' għaddejja. L-enerġija tagħna u t-twemmin tagħna jibqgħu ħajjin f’ qalb, moħħ u l-azzjonijiet ta’ dawk li nkunu ltqajna magħhom f’din id-dinja. Tonora lill-mejtin hija popolari ħafna f’ diversi kulturi madwar id-dinja, u tippromovi d-drawwa li tagħti rispett lill-għeżież tagħna li mietu. Mod ta’ kif nistgħu nuru rispett lejn dawk li mietu, dalgħodu, matul dax-xahar u għal bqija ta’ ħajjitna hija billi nitolbu li jsibu l-mistrieħ ta’ dejjem.
Talba
O Alla tal-ħniena, nitolbuk tagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lil erwieħ kollha u tagħtihom id-dawl tal-fidwa tiegħek.