Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assemblyjindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."
Introduzzjoni
Din il-ġimgħa hija dedikata għal-ġustizzja soċjali. Matul din il-ġimgħa niftakru iżjed li kulħadd għandu jiġi trattat l-istess, ġejja minn fejn ġejja l-persuna. Ejja naraw dan il-filmat flimkien u niddiskutu.
Kif tħossok wara li rajt dan il-filmat? X’ għadda minn moħħok?
Ħsieb Riflessiv
F’ dan il-filmat rajna żewg persuni b’ opinjonijiet differenti jaħdmu flimkien biex akwistaw xi ħaġa - bnedew il-banketti u bar, poġġew u tkellmu. Ma pruvawx jipperswadu lil xulxin imma aċċettaw lil xulxin bid-differenzi. Għaliex aħna ukoll ma nippruvawx naċċettaw iżjed lil min huwa differenti jew jaħsiba differenti?
Talba
Għażiż Alla, għena niftakru dejjem lil kull wieħed u waħda minna huwa maħluq fuq l-ispirtu tiegħek Għena nħarsu l-bogħod mid-differenza tagħna u nirrispettaw lil xulxin mingħajr titli. Ammen