Sellem lill-istudenti. Jekk ma tafhomx wisq, tista’ tuża din il-logħba tal-ismijiet biex toħloq naqra kunfidenza:
Tibda persun billi tagħżel aġġettiv li jibda bl-istess ittra ta’ isimha, u tgħid isimha wara (eżempju: Clever Claire, Kind Karen), il-persuna li jmiss trid tirreppeti dawk ta’ qabilha u iżżid taghħa fl-aħħar u tibqa iddur sakemm l-aħħar persuna trid tgħid ta’ kulħadd u iżżid tagħha fl-aħħar.
Introduzzjoni - 5 min
Ikkumpara il-ġiraffa mal-ġakkal billi tuża l-istorja ta’ taħt. (tista tuża ukoll l-PPT)
Saqsi lill-istudenti – biex jirriflettu jew jiddiskutu: (il-mistoqsijiet jistgħu jintużaw bħala gwida)
X’ inhuma l-karatteristiċi tal-ġiraffa?
X’ inhuma l-karatteristiċi tal-ġakkal?
Ma’ liema annimal taqbel l-iżjed?
X’ hemm fil-karattru tiegħek li jixbaħ iżjed lill-ġiraffa jew iżjed lill-ġakkal?
X’ tixtieq li tkun l-iżjed, ġiraffa jew ġakkal? Għaliex?
Pass 1 - 5 min
Spjega l-oriġini tal-parabbola billi tuża l-mappa fil-PPT.
Semmi kif il-filmat m’ għandux kliem u għalhekk jużaw dan il-ħin biex jirriflettu fuq l-istorja.
Filmat: Agħfas hawn
Pass 2 - 10 min
Saqsi lill-istudenti – biex jirriflettu jew jiddiskutu: (il-mistoqsijiet jistgħu jintużaw bħala gwida)
Kieku min kont tkun fil-istorja?
Kont tieqaf?
Kont tibqa mixi? Għaliex?
Kont tkun wieħed mill-ħallelin?
X’ taħseb meta ngħidu il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar?
Pass 3 - 10 min
Il-Papa Franġisku kiteb enċiklika Fratelli Tutti li iddur ma’ din il-parabbola u jgħid:
“Ġesù jafda bl-akbar mod fl-ispirtu uman; b’ din il-parabbola, Ġesù qed jinkuraġġina biex nippersistu fl-imħabba u nreġġaw lura d-dinjità lil min qed isoffri u nibnu soċjetà kif jixraq.”
Spjega b’ mod faċli li l-azzjonijiet tagħna għandhom jkun azzjonijiet li jippersistu fl-imħabba u jreġġaw lura d-dinjità. Iddiskuti magħhom kif l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jkunu dan it-tip t’ azzjonijiet. Iddiskuti modi prattiċi kif nistgħu ngħixu flimkien f’ armonija u bħala klassi jiġu b’wedgħa/idea ta’ kif ser jgħixu l-armonija flimkien.
Konklużjoni - 5 min
Biex tagħlaq is-sezzjoni, stieden l-istudenti mal-mument ta’ talb.
Tistà ddoqq xi ftit mużika kwieta biex tgħinhom jidħlu fit-talb u r-riflessjoni. Stieden lill-istudenti biex jaħsbu fuq punt, idea jew persuna li laqtithom mill-istorja u jiktbuha/jpenġuha fuq il-karta (biex joħorġu dak li qed jħossu). Stedinhom jitkellmu f’ qalbhom/jitolbu m’ Alla/ Ġesù/IS-Samaritan it-Tajjeb imbgħad għalaq bil-Missierna.
Il-ġiraffa u l-ġakkal huma animal differenti ħafna, iżda t-tnejn jgħixu fina.
Il-ġiraffa animal speċjali ħafna. Għandha għonqa twil, u rasa metri l-fuq fl-arja. Mhux faċli għall-qalb biex itteallgħa d-demm s’ hemm fuq, u għalhekk għandha qalb kbira. Qalbha tiżen ħafna, tħabbat bis-saħħa biex ittellgħa d-demm il-fuq. L-għonq twil, frott ta’ miljuni ta’ snin t’ evoluzzjoni, jgħinha tlaħħaq l-weraq fuq is-siġar iżda jagħtiha perspettiva wiesgħa meta tħares minn fuq. Meta timxi, ħafna animal jimxu magħha għax javdaw l-vista tagħha. Dawn l-annimali jistaw jżommu viċin tagħha, infatti hekk jagħmlu, għax jafu li l-ġiraffa la hija għadu u lanqas periklu, anzi annimal pjuttost ġentili.
Il-ġakkal huwa annimal iżjed diffiċli. Qalbu viċin ħafna ta’ rasu, u rasu viċin tal-art, u għalhekk viżjoni limitata, anke minħabba l-polz vjolenti tiegħu. Huwa ma jimxix bil-vista, iżda bis-sens ta’ xamm li għandu. Jxomm annimal mejjet u jmur jiekol l-fdalijiet. Il-ġakkal annimal perikoluż għax jattakka minn wara.
U issa, liema wieħed se tkun f’ ħajtek? Liema wieħed se jgħix ġewwa qalbek? B’ liema annimal ser titkellem, bil-ġiraffa jew bil-ġakkal, qalb kbira, vista wiegħsa u ġentili jew polz vjolenti, viżjoni magħluqa u tiekol mill-mejjet?